Mistoqsija Parlamentari - O-0018/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0018/2009

L-implimentazzjoni taz-Zona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA)

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0018/09
skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Pervenche Berès f’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2009/2530(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0018/2009
Testi mressqa :
O-0018/2009 (B6-0013/2009)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-migrazzjoni tat-Trasferiment tal-Kreditu tas-SEPA (SCT), li nieda s-SEPA uffiċjalment fit-28 ta' Jannar 2008, s'issa kienet pjuttost indeċiża. Il-parteċipanti tas-suq jidhru li għadhom mhumiex lesti li jneħħu l-istrumenti ta' pagamenti nazzjonali. Is-SEPA madankollu, timplika li ma hemm ebda distinzjoni bejn pagamenti transkonfinali u nazzjonali. Il-preżenza tal-istrumenti nazzjonali b'mod parallel toħloq ir-riskju li l-istrumenti tas-SEPA jintużaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali biss. Konsegwentement, ikun diffiċli ħafna li tintlaħaq il-massa kritika, b'konsegwenza li l-frammentazzjoni tippersisti, u l-benefiċċji antiċipati għall-industrija bankarja kif ukoll għall-klijenti tagħha ma jkunux jistgħu jitwettqu. Apparti dan, jinsabu xi problemi jduru mas-saqajn fir-rigward tat-tnedija tal-istrument tad-debitu dirett tas-SEPA, b'mod partikulari għall-applikazzjoni ta' onorarju ta' interskambju multilaterali (MIF), iżda anki rigward il-migrazzjoni mingħajr skossi u sempliċi tal-mandati tad-debitu dirett eżistenti għall-iskema tad-debitu dirett tas-SEPA. L-applikazzjoni ta' MIF hija wkoll punt ta' kwistjoni fir-rigward tal-pagamenti bil-card.

 

B'dan l-isfond, il-Kummissjoni tista' tispjega:

 

  1. Kif fi ħsiebha tippromwovi u tkattar il-migrazzjoni għall-istrumenti tas-SEPA?

 

  1. Jekk għadhiex tal-opinjoni li l-massa kritika tal-pagamenti li tkun emigrat għall-istrumenti tas-SEPA tistax tintlaħaq sa tmiem l-2010?

 

  1. Jekk taħsibx li hi meħtieġa data ta' skadenza ċara u li torbot għall-migrazzjoni tal-istrumenti tas-SEPA u jekk iva, x'tista' tkun din id-data, b'liema mod tista' tiġi imposta u meta se tiġi mgħarrfa?

 

  1. Kif iċ-ċertezza legali rigward l-iskema tad-Debitu Dirett tas-SEPA tista' tissaħħaħ, b'mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-MIF u l-perjodu eżatt tal-fażi tranżizzjonali li matulha l-MIF tista' titħalla wkoll għal debiti diretti transkonfinali, iżda anki rigward il-migrazzjoni ta' mandati ta' debitu dirett eżistenti għall-iskema tad-debitu dirett tas-SEPA?

 

  1. B'liema mod tippjana li tindirizza l-kwistjoni tal-MIF fir-rigward tal-pagamenti bil-card?

 

  1. Rigward id-diffikultajiet għall-industrija li ssib soluzzjoni ideali, mhux il-Kummissjoni, li wriet tħassib dwar l-MIF eżistenti, li trid tipproponi soluzzjoni konkreta?

 

  1. Fil-kuntest attwali tal-kriżi, x'miżuri speċifiċi bi ħsiebha tipproponi l-Kummissjoni biex tiżgura li l-migrazzjoni tal-istrumenti tas-SEPA ma jirriżultawx f'sistema ta' ħlas iktar għoli?

 

 

Imressqa: 11.02.2009

Mibgħuta: 13.02.2009

Skadenza: 20.02.2009