Mistoqsija Parlamentari - O-0067/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0067/2009

    L-inbejjed rosé u l-prattiki enoloġiċi awtorizzata

    MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0067/09
    skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura
    minn Astrid Lulling, Jean-Pierre Audy, Joseph Daul, Françoise Grossetête, Véronique Mathieu, Elisabeth Morin, Margie Sudre, Oldřich Vlasák u Dominique Vlasto f’isem il-Grupp PPE-DE, Patrick Louis f’isem il-Grupp IND/DEM, Jean Marie Beaupuy, Anne Laperrouze, Nathalie Griesbeck u Marielle De Sarnez f’isem il-Grupp ALDE, Sergio Berlato, Cristiana Muscardini, Roberta Angelilli, Domenico Antonio Basile, Alessandro Foglietta, Antonio Mussa, Sebastiano (Nello) Musumeci, Giovanni Robusti, Umberto Pirilli u Salvatore Tatarella f’isem il-Grupp UEN
    lill-Kummissjoni

    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    O-0067/2009
    Testi mressqa :
    O-0067/2009 (B6-0228/2009)
    Votazzjonijiet :
    Testi adottati :

    Fil-qafas tad-diskussjoni dwar ir-regolamenti ta’ applikazzjoni tal-ODK għall-inbid, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tneħħi t-testi fis-seħħ sal-31 ta’ Lulju 2009 fil-qasam tal-prattiki enoloġiċi biex tneħħi l-projbizzjoni ta’ kupaġġ ta’ nbejjed bojod u nbejjed ħomor mingħajr DOP jew IĠP għall-produzzjoni tal-inbid rosé.

     

    Il-produtturi tal-inbid ta’ diversi reġjuni fl-Istati Membri matul l-aħħar għexieren ta’ snin għamlu sforzi u investimenti konsiderevoli biex jagħmlu nbid rosé ta’ kwalità tajba, rikonoxxut bħala nbid intier u adattat għal talba li dejjem tikber.

     

    Dawn l-isforzi ġabu elementi ekwilibrati f’termini ta’ ekonomija lokali u reġjonali u ta’ żvilupp tat-territorju. Il-professjonisti tar-reġjuni kkonċernati esprimew, inter alia lill-Parlament Ewropew permezz tal-intermedjarju tal-Intergrupp tal-vitikotura, it-tradizzjoni u l-kwalità, it-tħassib qawwi tagħhom dwar il-konsegwenzi serji fis-sens ekonomiku, ekoloġiku u ta' impjiegi ta’ deċiżjoni li tippermetti li jiġi fabbrikat inbid rosé rħis. Din il-miżura tirriskja b'mod partikolari li ġġib konfużjoni bejn inbejjed rosé tradizzjonali u nbejjed imħallta u li twassal għal kompetizzjoni żleali, li tkun suxxettibbli li tikkundanna l-produzzjoni tradizzjonali tal-inbejjed rosé, anke għaż-żmien qasir.

     

    Fid-dawl ta’ dawn it-tħassib u l-konsegwenzi dannużi eventwali ta’ deċiżjoni mgħaġġla, il-Kummissjoni hija lesta li:

     

    1. taġġorna d-deċiżjoni kkonċernata, li hija prevista għall-aħħar ta’ April;

     

    2. tipproċedi għal konċertazzjoni kbira mal-professjonisti ta' din il-fergħa, fuq il-bażi ta’ studju fil-fond dwar il-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali eventwali tat-tneħħija tal-projbizzjoni tal-kupaġġ;

     

    3. tipproponi għażliet li jagħmluha possibbli li l-fergħa Ewropea tal-inbid tibbenefika minn kompetittività ikbar fis-swieq Ewropej u tal-pajjiżi terzi, u fl-istess ħin l-inbejjed rosé tradizzjonali jiġu protetti minn kompetizzjoni żleali?

     

     

    Imressqa: 02.04.2009

    Mibgħuta: 06.04.2009

    Skadenza: 13.04.2009