Mistoqsija Parlamentari - O-0093/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0093/2009

Il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0093/09
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Gabriele Albertini u Heidi Hautala f’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, Eva Joly f’isem il-Kumitat għall-Iżvilupp
lill-Kunsill

Proċedura : 2009/2718(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0093/2009
Testi mressqa :
O-0093/2009 (B7-0213/2009)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fid-19 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill għar-Relazzjonijiet Esterni rrikonoxxa li l-appoġġ għall-governanza demokratika fil-pajjiżi msieħba jinvolvi kwistjonijiet usa' ta' demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem u nnota li jista' jkun meħtieġ approċċ aktar koerenti mill-UE biex tiżdied l-effettività tal-appoġġ tal-UE.

 

Kif diġà mfisser mill-Presidenza, s’issa ma kienx hemm sforz biżżejjed biex ikunu kkoordinati l-għadd ta’ strumenti Ewropej li jappoġġjaw id-demokrazija u biex tkun ikkoordinata l-azzjoni fil-fora internazzjonali jew il-fondi li jittrattaw il-promozzjoni tad-demokrazija.

 

  1. X’azzjonijiet speċifiċi qed tipproponi l-Presidenza sabiex titjieb il-koordinazzjoni tal-istrumenti tal-politika barranija tal-UE, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-politika ta’ żvilupp, filwaqt li jkun rikonoxxut li d-demokrazjija u d-drittijiet tal-bniedem huma relatati ma’ xulxin? X’miżuri huma previsti biex tkun żgurata politika koerenti postelettorali, fejn l-appoġġ għall-iżvilupp ikun konsistenti mal-prinċipji demokratiċi u mal-valuri tal-governanza demokratika? Jista' dan ikollu konsegwenzi diretti fuq l-ipprogrammar tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE?

 

  1. Xi rwol se jingħataw il-parlamenti, inkluż il-Parlament Ewropew, f’dan il-proċess ta’ bini tad-demokrazija u tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem? Dan se jwassal biex jingħata appoġġ lill-istituzzjonijiet demokratiċi, partikularment lill-parlamenti, billi dawn ikunu involuti fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ strumenti speċifiċi għall-pajjiż bħal ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiż ikkonċernat kif ukoll f’Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiż?

 

  1. Il-Presidenza taqbel li jeħtieġ issir analiżi dettaljata u komprensiva tal-appoġġ demokratiku u tad-drittijiet tal-bniedem? Il-Presidenza se tistabbilixxi eżattament x’konsultazzjoni saret mas-sħab kollha (i.e. l-istituzzjonijiet u l-parteċipanti reġjonali) u x’konklużjonijiet tista’ l-Presidenza tiġbed minn dan kollu? Jista’ l-Kunsill jiggarantixxi li jadotta konklużjonijiet fuq din l-inizjattiva biss kemm il-darba jkun hemm konsultazzjoni suffiċjenti mas-sħab involuti?

 

 

Imressqa: 30.09.2009

Mibgħuta: 01.10.2009

Skadenza: 22.10.2009