Proggrammazzjoni Konġunta tar-riċerka għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv, b'mod partikulari l-marda ta' Alzheimer
20.10.2009
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0112/09
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Herbert Reul f’isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
lill-Kunsill
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
O-0112/2009
Testi mressqa :
O-0112/2009 (B7-0218/2009)
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
Fit-22 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv, b’mod partikulari l-marda ta’ Alzheimer, permezz ta’ programmazzjoni konġunta tal-attivitajiet tar-riċerka (COM(2009)0379). Peress li l-bażi legali li ġiet proposta kienet l-Artikolu 165 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-dokument intbagħat għall-konsultazzjoni lill-Parlament Ewropew.
- Jista’ l-Kunsill jikkonferma l-ħsieb tiegħu li jadotta l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan is-suġġett fil-Kunsill tal-Kompetittività tat-3 ta’ Diċembru 2009? X’inhuma r-raġunijiet li għalihom intgħażlet din il-proċedura partikulari?
- Peress li l-Parlament ġie kkonsultat dwar il-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill lest li jqis il-fehmiet tal-Parlament meta jiġi biex ifassal il-konklużjonijiet tal-Kunsill?
- Fir-rigward tal-Programmazzjoni Konġunta ġejjiena tal-inizjattivi tar-riċerka, jista’ l-Kunsill jikkonferma l-fehma tiegħu li dawn l-inizjattivi għandhom, fil-pinċipju, ikunu kollha adottati billi tintuża l-istess bażi legali, peress li jaqgħu taħt l-intestatura tar-riċerka?
Imressqa: 20.10.2009
Mibgħuta: 21.10.2009
Skadenza: 11.11.2009