Mistoqsija Parlamentari - O-0119/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0119/2009

Ambjenti bla dħaħen tat-tipjip

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0119/09
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Edite Estrela f’isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
lill-Kunsill

Proċedura : 2009/2751(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0119/2009
Testi mressqa :
O-0119/2009 (B7-0225/2009)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fit-30 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip, bil-għan li tgħin u tħeġġeġ sforzi nazzjonali biex iċ-ċittadini jitħarsu aħjar mir-riskji tad-duħħan tat-tipjip, fid-dawl tal-impenji internazzjonali skont il-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Ir-Rakkomandazzjoni timplimenta mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-progress lejn ambjenti ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip fl-UE kollha kemm hi, u tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki u l-koordinament tal-politika bejn l-Istati Membri.

 

Il-Kumitat ENVI jappoġġa l-miri tar-Rakkomandazzjoni: it-tabakk għadu l-akbar kawża individwali ta' mwiet qabel il-waqt u mard fl-Unjoni Ewropea.

 

Il-Kumitat, madankollu, jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm dibattitu komplut dwar din il-kwistjoni, u fuq il-ħtieġa li l-Parlament jesprimi l-pożizzjoni tiegħu.

 

  1. Il-Kunsill jista' jikkonferma li biħsiebu jadotta l-konklużjonijiet tal-Kunsill fuq dan is-suġġett fil-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tal-1 ta' Diċembru 2009, minkejja l-iskeda tal-Parlament? X'inhuma r-raġunijiet għala l-Kunsill għandu jgħaġġel biex jadotta r-Rakkomandazzjoni mingħajr l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew?

 

  1. Ġaladarba l-Parlament ġie kkonsultat dwar il-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill lest li jqis il-fehmiet tal-Parlament huwa u jfassal il-konklużjonijiet tal-Kunsill?

 

 

Imressqa: 28.10.2009

Mibgħuta: 29.10.2009

Skadenza: 19.11.2009