Mistoqsija Parlamentari - O-0149/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0149/2009

Il-Kummerċ fil-bnedmin

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0149/09
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Anna Hedh f’isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, Edit Bauer f’isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2009/2782(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0149/2009
Testi mressqa :
O-0149/2009 (B7-0342/2009)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

It-traffikar fil-persuni hija forma moderna ta' skjavitu u hija ta' profitt kbir għall-kriminalita organizzata. Il-valutazzjoni tal-Europol għall-2009 hi li t-traffikar tan-nisa għall-isfruttament sesswali ma naqasx u t-traffikar għal-lavuri furzati qed jiżdied. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, se titressaq proposta ġdida ħalli tieħu post il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-Prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar fil-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi.

 

1. Il-Kummissjoni taqbel li l-approċċ tal-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam għandu jkun iċċentrat fuq il-jeddijiet tal-bniedem, ħolistiku u li jqis ir-relazzjonijiet esterni, ir-ritorn u l-politiki ta’ reintegrazzjoni, affarijiet soċjali, inklużjoni soċjali, migrazzjoni u ażil u li l-elementi fundamentali li ġejjin għandhom jittieħdu bħala bażi?

 

a. il-livell ta' penali u sanzjonijiet għal dawk li jagħmlu profitt mit-traffikar fil-bnedmin, inklużi persuni ġuridiċi, għandu jirrifletti s-serjetà tar-reat u jkollu effett diswassiv;

 

b. l-azzjoni ulterjuri għandha tiffoka fuq il-protezzjoni tal-vittmi, billi tqis kif jixraq il-qagħda tal-minorenni, billi, fost l-oħrajn, tiġi żgurata assistenza inkondizzjonata għall-vittmi u li l-kunsens tal-vittma għall-isfruttament jitqies dejjem irrelevanti;

 

c. biex tiġi skoraġġita d-domanda, kull azzjoni ultjerui għandha tiffoka wkoll fuq l-utenti tas-servizzi tal-bnedmin ikkummerċjati;

 

d. kull provvediment dwar ġurisdizzjoni għandu jkun ikkoordinat bl-abbozz tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' konflitti dwar l-eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali;

 

2. Il-Kummissjoni qiegħda timmira biex ittejjeb il-koordinament tal-informazzjoni billi titlob lill-Eurojust, l-Europol u l-Frontex, b'konsultazzjoni mal-FRA, l-Istitut għas-Sessi u l-NGOs, jippubblikaw kull sena rapport konġunt dwar il-kummerċ fil-bnedmin u jappoġġjaw l-iżvilupp ta' mudell komuni għall-Istati Membri u għal pajjiżi terzi għall-ġbir ta' data marbuta mal-kummerċ fil-bnedmin?

 

3. X’azzjoni konkreta qiegħda tipprevedi l-Kummissjoni ħalli ssaħħaħ il-prevenzjoni kontra l-kummerċ fil-bnedmin?

 

 

Imressqa: 03.12.2009

Mibgħuta: 07.12.2009

Skadenza: 14.12.2009