Mistoqsija Parlamentari - O-0150/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0150/2009

Strateġija Ewropea għar-reġjun tad-Danubju

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0150/09
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Silvia-Adriana Ţicău, Brian Simpson, János Áder, Hannes Swoboda, Eva Lichtenberger, Michael Cramer, Saïd El Khadraoui, Mathieu Grosch, Iuliu Winkler, Victor Boştinaru, Ioan Mircea Paşcu, Marian-Jean Marinescu, Ivailo Kalfin, Norica Nicolai, Dirk Sterckx, Csaba Sándor Tabajdi, Michael Theurer, Ismail Ertug, Inés Ayala Sender, Jiří Havel, Edit Herczog, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Jelko Kacin, Evgeni Kirilov, Ádám Kósa, Ioan Enciu, Eduard Kukan, Gesine Meissner, Alajos Mészáros, Nadezhda Neynsky, Katarína Neveďalová, Daciana Octavia Sârbu, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Peter van Dalen, Louis Grech, Corina Creţu, George Sabin Cutaş, Vasilica Viorica Dăncilă, Cătălin Sorin Ivan, Tanja Fajon, Kinga Göncz, Antonyia Parvanova, Adina-Ioana Vălean u Rovana Plumb
lill-Kummissjoni

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0150/2009
Testi mressqa :
O-0150/2009 (B7-0240/2009)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Id-Danubju jgħaqqad għaxar pajjiżi Ewropej, li sitta minnhom huma Stati Membri tal-UE, fuq tul ta' madwar 3000 km mill-Black Forest (il-Ġermanja) sal-Baħar l-Iswed. Il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 talab lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija Ewropea għar-reġjun tad-Danubju sal-2011. Hemm storja twila ta' koperazzjoni fir-reġjun tad-Danubju: il-kummissjoni Ewropea tad-Danubju Ewropea, li twaqqfet fit-30 ta' Marzu 1856 u b'sede oriġinarjament f'Galati (ir-Rumanija), kienet waħda minn tal-ewwel bħala istituzzjoni ta' pajjiżi madwar l-Ewropa, b'sede attwali f'Budapest (l-Ungerija).

 

L-UE teħtieġ li ssaħħaħ u tintegra l-programmi ta' koperazzjoni eżistenti fir-reġjun sabiex tinħoloq strateġija Ewropea għar-reġjun tad-Danubju li tista' ssegwi l-mudell tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

 

L-Istrateġija għar-reġjun tad-Danubju, billi tapprofitta mill-koperazzjoni interterritorjali bejn il-pajjiżi tul ix-xmara Danubju, għandha tiżviluppa approċċ koerenti u għandha tiffoka fuq l-oqsma ta' prijorità bħall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, il-ħarsien ambjentali (partikolarment żoni tan-natura protetta, ilma għax-xorb tajjeb għas-saħħa), trasport (inkluż il-konnessjoni mar-Rhine, permezz tal-Kanal tar-Rhine-Main-Danubju) u t-turiżmu sostenibbli, l-iskambju xjentifiku kif ukoll il-wirt kulturali u d-diversità lingwistika fil-baċin tad-Danubju.

 

Mil-leġiżlatura parlamentari preċedenti, il-PE ta sostenn lill-ħolqien tal-istrateġija tad-Danubju tal-UE: f'Settembru 2008, il-Kumitat TRAN bagħat delegazzjoni fir-reġjun tad-Danubju sabiex jippromwovi l-potenzjal ta' din ix-xmara Ewropea hekk importanti u r-reġjuni ta' madwarhafil-viċinanzi. Waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta' din id-delegazzjoni kienet il-ħolqien ta' intergrupp tad-Danubju tal-PE.

 

L-intergrupp tad-Danubju se jaħdem mill-qrib mar-rappreżentanti għoljin għad-Danubju, ir-rappreżentanti tar-reġjuni u l-bliet tul ix-xmara Danubju, mal-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħra, kif ukoll mal-kordinaturi tal-proġġetti ta' prijorità għar-reġjun tal-baċin tad-Danubju.

 

Minħabba l-importanza ta' strateġija koerenti rigward ir-reġjun tad-Danubju, il-Kummissjoni tista' tipprovdi informazzjoni dwar l-istat attwali tal-elaborazzjoni tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju, il-prijoritajiet tagħha, il-kriterji ewlenin għall-għażla ta' proġetti li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta' azzjoni, inkluża d-definizzjoni tat-territorju fil-mira tal-istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju, kif ukoll l-iskeda għall-azzjonijiet rilevanti?

 

 

Imressqa: 03.12.2009

Mibgħuta: 07.12.2009

Skadenza: 14.12.2009