Mistoqsija Parlamentari - O-0169/2009Mistoqsija Parlamentari
O-0169/2009

It-Trattat tan-Nonproliferazzjoni

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0169/09
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Gabriele Albertini u Arnaud Danjean f’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
lill-Kunsill

Proċedura : 2010/2502(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0169/2009
Testi mressqa :
O-0169/2009 (B7-0009/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

X'qed jagħmel il-Kunsill biex jiżgura li l-UE jkollha pożizzjoni komuni ffukata li tiżgura riżultat li jkun suċċess hekk kif riesqa l-Konferenza tal-2010 għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni?

 

Għandu l-ħsieb li jirrevedi l-pożizzjoni komuni tal-2005 bi tħejjija għall-Konferenza tal-2010 għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni? Jista' jispjega l-prijoritajiet attwali għall-konferenza għar-reviżjoni u jagħti aġġornament dwar ir-riżultat tal-laqgħa tal-kumitat preparatorju ta' Mejju 2009?

 

Liema azzjoni ttieħdet biex id-djalogu mal-Amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti u ma' poteri oħra li għandhom l-armi nukleari imur aktar fil-fond, bil-ħsieb li titrawwem aġenda komuni għat-tnaqqis tat-testati nukleari? Liema huma l-prijoritajiet għall-UE fl-implimentazzjoni tad-'Dikjarazzjoni UE-Stati Uniti dwar in-Nonproliferazzjoni u d-Diżarmament?' tal-2009?

 

L-UE kif qed timplimenta r-Riżoluzzjoni 1887 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u qed jiġu kkunsidrati xi azzjonijiet konġunti speċifiċi ġodda għal dan l-iskop?

 

Jista' l-Kunsill jgħid lill-Parlament kif l-UE qed tikkopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali bil-ħsieb li jingħataw għajnuna biex itejbu l-politiki tan-nonproliferazzjoni u l-kontroli fuq l-esportazzjoni?

 

Liema rwol jista' jkollha jew se jkollha l-klawsola dwar l-armi tal-qerda tal-massa fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi f'dan ir-rigward?

 

 

Imressqa: 21.12.2009

Mibgħuta: 22.12.2009

Skadenza: 19.01.2010