L-istandardizzazzjoni tal-vetturi elettriċi
16.2.2010
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0020/10
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Judith A. Merkies u Teresa Riera Madurell f’isem il-Grupp S&D, Pilar del Castillo Vera f’isem il-Grupp PPE, Lena Ek f’isem il-Grupp ALDE, Giles Chichester f’isem il-Grupp ECR
lill-Kummissjoni
Il-Presidenza Spanjola qiegħdet l-iżvilupp tal-vetturi elettriċi bħala prijorità fl-aġenda tagħha fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Fil-laqgħa informali tal-Kunsill li saret f'San Sebastian fid-9 ta' Frar, il-Ministri tal-Kompetittività tal-UE qablu mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li l-UE taħdem fuq strateġija komuni dwar il-vetturi elettriċi.
F'din il-laqgħa, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li kienet qed taħdem fuq l-istandardizzazzjoni tal-vetturi elettriċi.
Il-Kummissjoni meta se tippreżenta kalendarju għal din il-leġiżlazzjoni? X'inhuma l-proposti konkreti li se tippreżenta l-Kummissjoni dwar l-istandardizzazzjoni? Kif se jidhru u x'inhuma l-kwistjonijiet li se jkopru?
Imressqa: 16.02.2010
Mibgħuta: 18.02.2010
Skadenza: 25.02.2010