Mistoqsija Parlamentari - O-0022/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0022/2010

Regolament li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0022/10
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Daniel Caspary f’isem il-Grupp PPE, Kader Arif f’isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f’isem il-Grupp ALDE, Yannick Jadot f’isem il-Grupp Verts/ALE, Joe Higgins f’isem il-Grupp GUE/NGL, Robert Sturdy f’isem il-Grupp ECR
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2010/2594(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0022/2010
Testi mressqa :
O-0022/2010 (B7-0018/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-2008 l-Parlament kien talab li l-proposta għal regolament rivedut li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati li jkopru l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 Diċembru 2014 għandha tasal għand il-Parlament Ewropew sal-1 ta' Ġunju 2010. Il-Kummissjoni meta biħsiebha tressaq din il-proposta lill-Parlament Ewropew?

 

Il-Kummissjoni tista' tgħid kif ser tivverifika u tivvaluta li l-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji - b'mod partikulari l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba - tabilħaqq ikunu qed jiġu rispettati? Il-Kummissjoni kif ser tivvaluta s-sistema kurrenti GSP+ f'termini ta' żieda fil-volum tal-esportazzjonijiet?

 

Il-Kummissjoni, fuq liema bażi ddeċidiet li tibda investigazzjoni (Artikolu 16) li wasslitha biex tipproponi l-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali?

 

Skont ir-regoli fis-seħħ bħalissa (Artikolu 17), l-Istati Membri individwali jew il-Kummissjoni biss jistgħu jqisu li jkun hemm raġunijiet biżżejjed biex tinbeda investigazzjoni.  Il-Kummissjoni kif biħsiebha tintegra l-Fehma tal-Parlament Ewropew ġaladarba l-PE iqis li tabilħaqq hemm raġunijiet biżżejjed biex tinbeda investigazzjoni?

 

Il-Kummissjoni, meta biħsiebha tressaq lill-Parlament Ewropew ir-rapport mitlub dwar fejn wasal il-proċess tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet minn kull pajjiż li qed jibbenefika mill-arranġament speċjali ta' inċentivi?

 

Il-Kummissjoni tista' tgħid jekk lestietx l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-effetti tal-GSP ta' matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2009 li l-Parlament kien talab fl-2008?

 

Il-Kummissjoni kif biħsiebha tagħmel mezz biex fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ  tikkonkludi ftehim li jarmonizza r-regoli tal-oriġini li għandu jsejjes il-mod kif il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-LDCs igawdu minn trattament preferenzjali?

 

 

Imressqa: 23.02.2010

Mibgħuta: 25.02.2010

Skadenza: 04.03.2010