Mistoqsija Parlamentari - O-0023/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0023/2010

L-agrikultura u l-istrateġija ġejjiena "UE 2020"

23.2.2010

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0023/10
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Paolo De Castro f’isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija ġejjiena "UE 2020" bil-għan li tissostitwixxi l-istrateġija attwali ta' Lisbona u biex jiġi deċiż approċċ ġdid fir-rigward tal-kriżi ekonomika. Minkejja l-importanza tal-agrikultura u tal-katina tal-ikel fl-ekonomija Ewropea u l-kontribut tagħhom għat-tkattir tax-xogħol, id-dokument tal-Kummissjoni (COM(2009)0647 tal-24.11.2009) ma jikkwota qatt dan is-settur. Il-Kummissoni għandha l-ħsieb li tinkludi r-rwol tal-Politika Agrikola Komuni fl-istrateġija tagħha Ewropea biex toħroġ mill-kriżi?

 

 

Imressqa: 23.02.2010

Mibgħuta: 25.02.2010

Skadenza: 04.03.2010