Mistoqsija Parlamentari - O-0026/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0026/2010

Trasparenza u stat attwali tan-negozjati ACTA (Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni)

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0026/10
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Carl Schlyter f’isem il-Grupp Verts/ALE, Daniel Caspary f’isem il-Grupp PPE, Kader Arif f’isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f’isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f’isem il-Grupp GUE/NGL, Syed Kamall f’isem il-Grupp ECR
lill-Kummissjoni

Proċedura : 2010/2572(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0026/2010
Testi mressqa :
O-0026/2010 (B7-0020/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Parlament f'bosta okkażjonijiet talab lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw aċċess wiesa' kemm jista' jkun għad-dokumenti ACTA, partikolarment fir-rapporti tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 (Rapport Susta, P6_TA(2008)0634, Paragrafi 14 u 28) u fir-rapport tiegħu tal-11 ta' Marzu 2009 (Rapport Cashman, P6_TA(2009)0114), li l-paragrafu 26 tiegħu jgħid hekk: ''il-Kummissjoni għandha immedjatament tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti kollha relatati man-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehima Kummerċjali ta' Kontra l-Iffalsifikar (ACTA).''

 

Il-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Frar 2010 dwar Ftehim ta' Qafas mal-Kummissjoni (P7_TA(2009)0009) talab li tingħatalu informazzjoni immedjata u sħiħa f'kull stadju tan-negozjati dwar ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari rigward kwistjonijiet kummerċjali u negozjati oħra li jinvolvu l-proċedura ta' kunsens, biex jingħata effett sħiħ lill-Artikolu 218 TFEU. Il-Kummissjoni, fis-27 ta' Jannar 2010, żgurat l-impenn tagħha lejn assoċjazzjoni msaħħa mal-Parlament f'termini ta' din ir-Riżoluzzjoni.

 

Il-Kummissjoni meta se tagħti aċċess lill-Parlament għat-testi primarji kollha relatati mal-ACTA, b'mod partikolari l-mandat tan-negozjati tal-ACTA mill-Kunsill, il-minuti tal-laqgħat ta' negozjati tal-ACTA, l-abbozz tal-kapitoli tal-ACTA u l-kummenti tal-parteċipanti tal-ACTA dwar l-abbozz tal-kapitoli?

 

Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni tal-impatt tal-implimentazzjoni tal-ACTA fuq il-kummerċ elettroniku fl-UE u madwar id-dinja? Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-Internet tal-ACTA huma konformi mal-Acquis, u kif se ssolvi nuqqasijiet ta' konformità eventwali?

 

Il-Kummissjoni taqbel li l-aċċess għad-dokumenti tal-ACTA għandu jingħata lill-Parlament qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Qafas il-ġdid?

 

 

Imressqa: 24.02.2010

Mibgħuta: 26.02.2010

Skadenza: 05.03.2010