Mistoqsija Parlamentari - O-0028/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0028/2010

It-tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma

MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU O-0028/10
skond ir-Regola 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
minn Raül Romeva i Rueda, Heidi Hautala, Tatjana Ždanoka, Jean Lambert, Hélène Flautre, Judith Sargentini, Franziska Keller u Jan Philipp Albrecht f’isem il-Grupp Verts/ALE
lill-Kunsill

Proċedura : 2010/2559(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0028/2010
Testi mressqa :
O-0028/2010 (B7-0202/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-inklużjoni tar-Roma saret tikkostitwixxi suġġett Ewropew. It-tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma, organizzat mill-Presidenza Spanjola fit-8 ta' April 2010 f'Kordoba, huwa żmien li fih jiġu riveduti s-suċċessi u rikonoxxuti sfidi ulterjuri.

 

  1. Il-Kunsill bi ħsiebu jieħu pożizzjoni komuni dwar il-politika tal-iffinanzjar strutturali u ta' qabel l-adeżjoni, li tirrifletti l-impenn politiku Ewropew biex jintużaw għall-massimu l-opportunitajiet ta' dawn il-fondi biex titħeġġeġ l-inklużjoni tar-Roma u biex jiġi żgurat li l-Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Roma[1] jitqiesu bis-sħiħ f'kwalunkwe reviżjoni ta' programmi operattivi u proċeduri tal-allokazzjoni tas-sorsi?

 

  1. B'mod partikolari, minħabba r-rata baxxa ta' assorbiment tal-fondi strutturali u ta' qabel l-adeżjoni f'ċerti Stati Membri u f'pajjiżi kandidati (potenzjali), b'liema mod bi ħsiebhom jaħdmu flimkien l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex iħeġġu lill-awtoritajiet lokali biex jagħmlu użu aħjar tal-opportunitajiet tal-iffinanzjar strutturali biex titħeġġeġ l-inklużjoni tar-Roma?

 

  1. Il-Kunsill, b'mod partikolari it-triju attwali tal-Presidenza, f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u permezz tal-involviment attiv tas-Soċjetà Ċivili, bi ħsiebu jippreżenta aġenda strateġika dwar l-inklużjoni tar-Roma, li tinkludi l-prijoritajiet għall-perjodu tal-ippjanar 2014-2020?

 

  1. Ir-Roma jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni espliċita u impliċita, inklużi forom allarmanti ta' vjolenza razzista, diskors ta' mibegħda, segregazzjoni fl-akkomodazzjoni u fl-edukazzjoni u tkeċċija furzata minn fejn joqogħdu, kif ukoll diskriminazzjoni inqas viżibbli permezz ta' aċċess mhux ugwali għas-servizzi pubbliċi u d-dispożizzjonijiet soċjali. X'azzjonijiet qed jipproponi l-Kunsill biex jiġu trattati l-forom viżibbli u impliċiti tad-diskriminazzjoni kontra r-Roma?

 

 

Imressqa: 24.02.2010

Mibgħuta: 25.02.2010

Skadenza: 18.03.2010