L-implikazzjonijiet għall-agrikoltura tal-UE tal-ftuħ mill-ġid tan-negozjati mal-Mercosur għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni
4.6.2010
Mistoqsija għal tweġiba orali O-0079/2010/rev.2
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Mairead McGuinness, Albert Deß, Georgios Papastamkos, Véronique Mathieu, Mariya Nedelcheva, Michel Dantin, Giovanni La Via, Elisabeth Jeggle, Peter Jahr, Christa Klaß, Elisabeth Köstinger, Esther de Lange, Sergio Paolo Frances Silvestris, Astrid Lulling, Béla Glattfelder, Esther Herranz García, Gabriel Mato Adrover, Herbert Dorfmann, Jarosław Kalinowski, Joseph Daul, Maria do Céu Patrão Neves, Czesław Adam Siekierski, Christophe Béchu, Rareş-Lucian Niculescu, Hans-Peter Mayer, Jean-Pierre Audy
f'isem il-Grupp PPE
James Nicholson, Janusz Wojciechowski
f'isem il-Grupp ECR
José Bové
f'isem il-Grupp Verts/ALE
George Lyon
f'isem il-Grupp ALDE
Luis Manuel Capoulas Santos, Karin Kadenbach
f'isem il-Grupp S&D
Il-Kulleġġ tal-Kummissarji, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta’ Mejju, qabel li jiftaħ mill-ġdid in-negozjati dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Mercosur. Jekk jintlaħaq ftehim wara dawn in-negozjati, jista' jkun li dan jippreżenta sfidi konsiderevoli lill-produtturi agrikoli tal-UE, b'mod partikulari fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga, tal-laħam tat-tjur, tal-qamħ kif ukoll tal-frott u l-ħaxix. Jista’ jkun hemm ukoll konsegwenzi ħżiena indiretti għal setturi oħrajn, fosthom dak tal-laħam tal-majjal.
X'inhuwa l-mandat preċiż li ngħataw in-negozjaturi rigward l-aspetti agrikoli tan-negozjati?
Tista' l-Kummissjoni tagħti lil-Parlament analiżi dettaljata ta' x'jista' jkun l-impatt fuq il-produtturi Ewropej jekk jintlaħaq ftehim abbażi ta' dak il-mandat?
X'miżuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni, jekk għandha intenzjoni tieħu miżuri, biex tipprovdi kumpens adegwat għall-produtturi tal-UE li l-interessi ekonomiċi tagħhom jintlaqtu ħażin bi Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-blokk tal-Mercosur?
Kif se tiżgura li l-istandards, fit-termini tas-sikurezza tal-ikel, il-kundizzjoniet tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali, tal-prodotti importati mill-pajjiżi tal-Mercosur ikunu ekwivalenti għal dawk mitluba mill-produtturi tal-UE?
X'inhi r-relazzjoni bejn ftehim bħal dan u n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar ftehim multilaterali fil-livell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO)?
Imressqa: 4.6.2010
Mgħoddija: 8.6.2010
L-iskadenza għat-tweġiba: 15.6.2010