Mistoqsija Parlamentari - O-0096/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0096/2010

Moviment ħieles tal-ħaddiema - restrizzjonijiet temporanji li jolqtu ċ-ċittadini Rumeni u Bulgari fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0096/2010
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Rovana Plumb, Iliana Malinova Iotova, Pervenche Berès, Stephen Hughes, Alejandro Cercas, Gianni Pittella, Jutta Steinruck
f'isem il-Grupp S&D

Proċedura : 2010/2776(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0096/2010
Testi mressqa :
O-0096/2010
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Skont it-Trattat ta’ Adeżjoni, il-Kummissjoni eżaminat f’żewġ ċirkostanzi, kif iffunzjonaw l-arranġamenti tranżitorji li jirrestrinġu temporanjament id-dritt ta’ movement ħieles tal-ħaddiema minn tmien Stati Membri (UE-8) u x’impatt il-mobilità fuq il-ħaddiema mill-Istati Membri ġodda (UE-2) kellha fuq is-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri l-oħra u l-konklużjoni kienet li ż-żewġ rapporti sabu li l-moviment ħieles tal-ħaddiema huwa ta' benefiċċju għall-ekonomija u ma jħallix impatti negattivi serji fuq is-swieq tax-xogħol.

1. Il-Kummissjoni x’miżuri se tqis sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiftħu ulterjorment is-swieq tax-xogħol tagħhom għall-forza tax-xogħol li toriġina mir-Rumanija u l-Bulgarija?

2. Il-Kummissjoni fi ħsiebha tanalizza u tiżviluppa ulterjorment studju rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għejxien tal-forza tax-xogħol irregolari li toriġina mir-Rumanija u l-Bulgarija fl-Istati Membri l-oħra tal-UE?

3. Il-Kummissjoni fi ħsiebha telabora studju dwar l-influwenza ta’ din il-forza tax-xogħol rregolari fuq is-suq tax-xogħol f'dawn l-Istati Membri? Jista’ jkun li l-miżuri msemmija hawn fuq joħolqu aktar effetti negattivi fuq dawn is-swieq tax-xogħol aktar milli jħarsu l-forza tax-xogħol interna?

4. Il-Kummissjoni tqis li hemm riskju possibbli li dewmien ulterjuri tar-restrizzjonijiet preżenti għall-ħaddiema Rumeni u Bulgari jwassal għal itfaċċar ta’ kategorija de facto speċjali/‘tieni klassi’ ta’ ċittadini tal-UE? Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri imsemmija hawn fuq huma konsistenti mal-għanijiet u l-ispirtu tat-Trattat ta’ Lisbona u b’mod partikolari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE?

Imressqa: 24.6.2010

Mgħoddija: 28.6.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 5.7.2010