L-implimentazzjoni tal-ftehim bejn l-UE u r-Russja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi
7.10.2010
Mistoqsija għal tweġiba orali O-0140/2010
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Kristiina Ojuland
f'isem il-Grupp ALDE
Il-ftehim bejn l-Ujoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007 bil-għan li jiffaċilita b'mod sostanzjali l-ħruġ tal-viżi u li jissimplifika l-proċeduri amministrattivi, kemm għaċ-ċittadini Russi li jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE meta jivvjaġġaw lejn ir-Russja. Il-ftehim tenna l-fatt li l-għan għandu jkun l-ivvjaġġar mingħajr l-obbligu ta' viża, fuq bażi reċiproka, u l-awtoritajiet Russi talbu regolarment li jittieħdu passi oħra lejn ivvjaġġar b'eżenzjoni totali mill-obbligu ta' viża.
Madankollu, passi oħra lejn ivvjaġġar b'eżenzjoni totali mill-obbligu ta' viża jirrikjedu li l-ftehim li diġà jeżisti dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi jiġi implimentat għalkollox b'mod kompletament reċiproku kif ukoll li kemm l-Istati Membri tal-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa jimplimentaw u jonoraw l-impenji li ttieħdu fil-ftehim tal-2007 dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi.
Il-Kummissjoni tal-fehma li l-Istati Membri kollha tal-UE implimentaw għalkollox il-ftehim tal-2007 mal-Federazzjoni Russa dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi?
Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni min-naħa tar-Russja tal-ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 10 ta' dan il-ftehim, hija sodisfaċenti, b'mod partikolari billi għadha teżisti l-ħtieġa li l-barranin, fosthom iċ-ċittadini tal-UE, jirreġistraw mal-awtoritajiet jekk joqogħdu f'dar privata?
Il-Kummissjoni biħsiebha tippubblika evalwazzjoni dwar kif ħadem sal-lum il-ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi u dwar il-konsegwenzi tiegħu fuq il-kuntatti interpersonali u kummerċjali bejn l-UE u r-Russja?
Imressqa: 7.10.2010
Mgħoddija: 11.10.2010
L-iskadenza għat-tweġiba: 18.10.2010