Mistoqsija Parlamentari - O-0143/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0143/2010

Databases relatati mal-oriġini razzjali u etnika fl-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0143/2010
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Monika Flašíková Beňová, Claude Moraes, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume
f'isem il-Grupp S&D

Proċedura : 2010/2917(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0143/2010
Testi mressqa :
O-0143/2010 (B7-0553/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fid-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se toħroġ ‘avviż ta' tqegħid fil-mora lil Franza fejn titlob it-traspożizzjoni sħiħa tad-direttiva dwar il-moviment ħieles, sakemm ma jiġux ipprovduti abbozz ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni u skeda ta’ traspożizzjoni dettaljata sal-15 ta’ Ottubru 2010’ u ittra oħra ‘b’mistoqsijiet dettaljati rigward l-applikazzjoni prattika tal-assigurazzjonijiet politiċi pprovduti’ mill-awtoritajiet Franċiżi li għandhom 'jiżguraw bis-sħiħ applikazzjoni effettiva u nondiskriminatorja tal-liġi tal-UE b’konformità mat-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE[1], inkluż fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni taċ-ċirkolari tal-5 ta’ Awwissu 2010 mmirata b’mod espliċitu lejn ir-Roma – minkejja l-evidenza dwar in-natura etnika u razzjali tal-espulsjonijiet li wasslu biex il-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu, talab lill-Kummissjoni biex tieħu passi kontra l-awtoritajiet Franċiżi inter alia minħabba diskriminazzjoni.

Skont informazzjoni riċenti tal-midja, il-gendarmerie Franċiża tħaddem database bl-isem ‘MENS’ [2] immirata lejn ir-Roma u l-vjaġġaturi. Organizzazzjonijiet nongovernattivi ressqu lment dwar il-ħolqien ta’ database illegali u mhux iddikjarata għaż-żamma ta’ ‘data personali relatata mal-oriġini razzjali u etnika’ u ħabbru appelli oħrajn mas-CNIL[3] u l-HALDE[4], filwaqt li l-awtoritajiet Franċiżi jinnegaw l-eżistenza ta’ tali database. Il-Ministru għall-Immigrazzjoni preċedentement kien ħabbar ukoll li data bijometrika dwar ir-Roma li ġew espulsi kienet se tiddaħħal fid-database OSCAR[5] u fl-EDVIGE/EDVIRSP[6], database oħra li qiegħda fil-proċess li tinħoloq. Fl-istess ħin, hemm rapporti li l-Pajjiżi l-Baxxi u pajjiżi oħrajn tal-UE qed jirreġistraw data etnika u razzjali. B’dan it-tagħrif eżistenti, il-Kunsill qed jiddiskuti abbozz ta’ Konklużjonijiet rigward ‘gruppi kriminali mobbli (ambulanti)’ b’termini ambigwi ħafna u bla ma jinforma lill-PE dwar l-inizjattiva.

Abbażi tal-evidenza l-ġdida dwar l-eżistenza tad-database MENS fi Franza, il-Kummissjoni x’bi ħsiebha tagħmel biex tivverifika din l-informazzjoni? Jekk il-Kummissjoni ssib li d-database tikser il-prinpipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-Kummissjoni x’miżuri se tieħu biex tirranġa s-sitwazzjoni, u se tikkundidra proċeduri ta' ksur kontra Franza?

Fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fi Stati Membri oħrajn rigward il-ħolqien jew l-eżistenza ta’ databases relatati mal-oriġini razzjali jew etnika, il-Kummissjoni se tniedi investigazzjoni biex tiġbor informazzjoni ulterjuri dwar tali databases u biex tivverifika jekk humiex legali skont il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni?

Il-Kummissjoni x’se tagħmel biex tiżgura li l-Istati Membri, fil-proċeduri amministrattivi u ta' infurzar tal-liġi tagħhom, ma jirrikorrux għat-tfassil tal-profil etniku?

Imressqa: 11.10.2010

Mgħoddija: 13.10.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 20.10.2010