Mistoqsija Parlamentari - O-0168/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0168/2010

It-trasferiment ta' data lill-Istati Uniti mill-Istati Membri fuq il-bażi ta' Memorandum ta' Ftehim

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0168/2010
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Jan Philipp Albrecht
f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proċedura : 2010/2921(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0168/2010
Testi mressqa :
O-0168/2010 (B7-0561/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

B'reazzjoni għall-"Att tal-2007 li Jimplimenta r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 9/11" tal-Istati Uniti (http://intelligence.senate.gov/laws/pl11053.pdf) kien ġie deċiż li jinbdew in-negozjati mal-Istati Uniti fuq il-bażi ta' approċċ fuq żewġ binarji: negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti kif ukoll negozjati dwar Memorandums ta' Ftehim bilaterali bejn l-Istati Uniti u Stati Membri individwali. Mhux l-Istati Membri kollha għażlu proċedura miftuħa u trasparenti għan-negozjati bilaterali, u mhux kollha ppreżentaw il-Memorandum li rriżulta lill-parlamenti nazzjonali rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni. Hemm indikazzjonijiet li l-Memorandum jista' jidduplika ċerti ftehimiet konklużi bejn l-UE u l-Istati Uniti, bħall-ftehim dwar id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR). Minħabba l-ħidma attwali dwar il-pakkett PNR u n-negozjati ġodda li jista' jkun hemm, dawn il-kwistjonijiet jeħtieġ li jiġu ċċarati b'mod urġenti.

Tista' l-Kummissjoni tipprovdi kjarifika rigward il-punti li ġejjin:

  Liema Stati Membri s'issa kkonkludew Memorandums bilaterali?

  Liema minn dawn il-Memorandums jinkludu t-trasferiment ta' data dwar il-PNR?

  X'relazzjoni għandhom dawn il-ftehimiet bilaterali dwar il-PNR mal-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti?

  Tista' l-Kummissjoni tikkonferma li dan jikkonċerna t-trasferiment ta' data dwar il-PNR ta' titjiriet u passiġġieri Ewropej lejn destinazzjonijiet li mhumiex fl-Istati Uniti?

  Tista' l-Kummissjoni tindika liema kategoriji ta' data huma koperti minn dawn il-Memorandums?

  Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Istati Membri jistgħu jintalbu jittrasferixxu data nazzjonali li tkun ukoll parti minn bażijiet tad-data Ewropej (bħall-Prüm)?

  Il-Kummissjoni tqis li dawn it-trasferimenti ta' data huma konformi mar-regoli Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data?

Imressqa: 15.10.2010

Mgħoddija: 19.10.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 26.10.2010