Mistoqsija Parlamentari - O-0197/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0197/2010

Kriżi tal-iskart fir-reġjun tal-Kampanja

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0197/2010
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bairbre de Brún, Willy Meyer
f'isem il-Grupp GUE/NGL

Proċedura : 2010/2963(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0197/2010
Testi mressqa :
O-0197/2010 (B7-0801/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-4 ta’ Marzu 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea waslet għall-konklużjoni li l-Italja kienet kisret il-leġiżlazzjoni tal-UE peress li naqqset milli twaqqaf fil-Kampanja netwerk ta’ stallazzjonijiet li huwa suffiċjenti biex jiżgura r-rimi tal-iskart urban b’mod li ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (sentenza tal-kawża C-297/08).

Madankollu, l-Italja baqgħet ma ħaditx il-passi neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti. Fit-23 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddikjarat li s-sitwazzjoni attwali kienet qrib ħafna tal-kriżi li faqqgħet fl-2007 u li wasslet biex il-Kummissjoni tibda proċedura ta’ ksur kontra r-Rapubblika Taljana[1].

X’miżuri ħadet jew bi ħsiebha tieħu l-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja effettivament jimmonitoraw il-ġbir, is-separazzjoni u t-trattatament kif suppost tal-iskart sabiex ma jkunx ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u sabiex jiġi ppreżentat pjan kredibbli mill-awtoritajiet reġjonali?

Il-Kummissjoni kif tivvaluta l-linji gwida msemmija fil-pjan li ġie ppreżentat f'Lulju li għadda mill-Ministru għall-Ambjent reġjonali Romano? Il-Kummissjoni tqis li tali linji gwida huma biżżejjed? Jekk le, x'inhu nieqes?

Il-Kummissjoni meta se tiftaħ proċedimenti kontra l-Italja skont l-Artikolu 260 bil-għan li tikseb penalitajiet sabiex l-awtoritajiet Taljani jkunu mġiegħla jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti, b’mod partikolari billi jipprovaw li l-landfills eżistenti jikkonformaw mal-liġi tal-UE u m'humiex ta’ periklu għas-saħħa taċ-ċittadini u l-ambjent?

Il-Kummissjoni bi ħsiebha titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għal inġunzjoni jekk il-landfills eżistenti jiġu estiżi f’żoni għall-protezzjoni tan-natura jew jekk jinfetħu oħrajn ġodda f’siti tan-Natura 2000 bħall-Park Naturali ta' Vessuvju?

Imressqa: 30.11.2010

Mgħoddija: 2.12.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 9.12.2010