Mistoqsija Parlamentari - O-0200/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0200/2010

Governanza ekonomika u l-Artikolu 9 tat-Trattat ta' Lisbona

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0200/2010
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Stephen Hughes, Pervenche Berès, Udo Bullmann
f'isem il-Grupp S&D

Proċedura : 2010/2989(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0200/2010
Testi mressqa :
O-0200/2010 (B7-0660/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-Artikolu 9 tat-Trattat ta' Lisbona jitlob lill-Unjoni sabiex tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Ir-rapport riċenti tal-task force ta' Van Rompuy lill-Kunsill Ewropew fih proposti b’impatt tassew mifrux għar-riforma tas-sistema eżistenti ta' sorveljanza u koordinazzjoni makroekonomiċi li ser ikollha impatt sinifikanti f'oqsma bħall-impjieg, il-protezzjoni soċjali, l-esklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-saħħa umana. Dan huwa rrikonoxxut mill-Kunsill?

Għaldaqstant, il-Kunsill jaqbel li dawn il-proposti u, konsegwentement, il-kuntest leġiżlattiv futur għall-governanza ekonomika, għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 9 tat-Trattat ta' Lisbona? Il-Kunsill żgura ruħu li dan huwa l-każ permezz ta' valutazzjoni tal-impatt soċjali? Jekk le, il-Kunsill jaqbel li għad għandha ssir analiżi dettaljata tal-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni proposta?

Imressqa: 2.12.2010

Mgħoddija: 3.12.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 24.12.2010