Mistoqsija Parlamentari - O-0212/2010Mistoqsija Parlamentari
O-0212/2010

Ftehim ta' Sħubija Interim bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa u l-Istati tal-Paċifiku fuq in-naħa l-oħra

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0212/2010
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vital Moreira, David Martin
f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2010/2851(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-0212/2010
Testi mressqa :
O-0212/2010 (B7-0807/2010)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Fiġi u l-Papwa Ginea Ġdida ffirmaw Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim (FSEI) li fih hemm differenzi sinifikanti fl-iskedi ta’ liberalizzazzjoni tagħhom. X’impatt se jkollhom dawk l-impenji fuq ix-xejriet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom? X’impatt se jkollhom fuq ir-relazzjonijiet ta’ kummerċ mal-Awstralja u n-New Zealand?

Il-Kummissjoni kif qed tbassar li se jaħdem biex, minn naħa, tirrikonċilja fil-futur il-konklużjoni ta' FSEI ma' dawk il-pajjiżi l-aktar interessati li jikkonkludu affari ta' dan it-tip u, min-naħa l-oħra, l-integrazzjoni reġjonali?

Il-Kummissjon kif bi ħsiebha tiżgura li l-FSEI ma jnaqqasx kemm l-interessi politiċi u s-sentiment pubbliku lejn l-integrazzjoni ekonomika fil-Paċifiku?

Skont ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tad-WTO għall-Fiġi, ir-regoli ta' oriġini stretti tal-UE dwar l-esportazzjonijiet tal-ħut naqqsu bil-kbir l-opportunitajiet. Dawn ġew illaxkati taħt il-FSEI billi prodotti mhux oriġinarji tħallew jintużaw minn proċessuri domestiċi. Il-Kummissjoni kif bi ħsiebha tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward ir-regoli ta’ oriġini inklużi l-impatt fuq l-industrija tas-sajd tal-UE, l-iżvilupp tal-industrija tal-ipproċessar fil-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi u l-immaniġġjar tal-istokkijiet tal-ħut fil-Paċifiku? Kif bi ħsiebha l-Kummissjoni tappoġġja aktar lill-Istati tal-Paċifiku biex jiżviluppaw is-settur tas-sajd tagħhom b’mod sostenibbli?

Min-naħa l-oħra, tista' l-Kummissjoni tikkonferma li l-Papwa Ginea Ġdida u l-Fiġi jagħtu aċċess għall-ilmijiet tas-sajd tagħom lil sħab kummerċjali oħra fir-reġjun ta' madwarhom, bħat-Tajlandja, il-Filippini, it-Tajwan u ċ-Ċina, imma mhux lill-flotta tas-sajd Ewropea? Il-Kummissjoni għandha stimi dwar kif dan il-ftehim interim se jolqot l-industrija tas-sajd tal-UE u b'mod partikulari l-industrija tagħha tal-konservazzjoni fil-laned? Hemm xi indikazzjonijiet dwar kif se jintlaqtu l-industriji tal-konservazzjoni fil-laned tal-pajjiżi tal-AKP u tal-SPĠ+?

Kif bi ħsiebha l-Kummissjoni tiżgura li l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika komprensiv se jgħin biex irawwem l-integrazzjoni reġjonali?

X’passi se tieħu l-Kummissjoni biex itejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol, b'mod partikulari għan-nisa fl-Istati tal-Paċifiku? Kieku l-prattiki ta’ governanza tajba neċessarji kellhom jiġu implimentati b’mod effettiv, il-Kummissjoni tappoġġja r-rilaxx tal-għajnuna finanzjarja li hija bħalisssa miżmuma għas-settur taz-zokkor f’Fiġi? Il-Kummissjoni hi impenjata favur kapitlu għall-iżvilupp b’ambitu wiesa' fi kwalunkwe Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika futur?

Imressqa: 9.12.2010

Mgħoddija: 13.12.2010

L-iskadenza għat-tweġiba: 20.12.2010