Mistoqsijiet parlamentari
PDF 52kWORD 45k
20 ta' Diċembru 2010
O-0217/2010

Mistoqsija għal tweġiba orali O-0217/2010

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Ádám Kósa, Artur Zasada, Dieter-Lebrecht Koch, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Danuta Maria Hübner, Piotr Borys, Bogusław Sonik, Krzysztof Lisek, Joachim Zeller, Danuta Jazłowiecka, Jacek Saryusz-Wolski, Jan Olbrycht, Małgorzata Handzlik, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Jarosław Leszek Wałęsa, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Filip Kaczmarek, Tadeusz Zwiefka, Luis de Grandes Pascual, Andrzej Grzyb, Jan Kozłowski, Rafał Trzaskowski, Jacek Protasiewicz, Lena Kolarska-Bobińska, László Tőkés, Béla Glattfelder, Lívia Járóka, Zoltán Bagó, Edit Bauer, László Surján, Csaba Sógor, András Gyürk, Kinga Gál, Iuliu Winkler, János Áder, Tamás Deutsch, Csaba Őry, Ildikó Gáll-Pelcz, György Schöpflin, Alajos Mészáros, József Szájer


  Suġġett: Informazzjoni preċiża għall-ġenituri u għall-passiġġieri anzjani li jivvjaġġaw bl-ajru

Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni, it-trasport bl-ajru huwa s-settur li fih il-passiġġieri għandhom l-aktar firxa estensiva ta' drittijiet. Il-leġiżlazzjoni li tapplika għat-trasport bl-ajru tinkludi Regolament speċifiku ((KE) Nru 1107/2006) dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru. Il-prinċipji garantiti b'dan ir-regolament jinkludu l-aċċessibilità, in-nondiskriminazzjoni, l-assistenza u d-dritt għall-informazzjoni f'formati aċċessibbli.

Sfortunatament madankollu n-numru ta' passiġġieri li fil-fatt huma konxji mid-drittijiet tagħhom għadu 'l bogħod milli jkun sodisfaċenti. Għalkemm il-persuni b'diżabilità fil-parti l-kbira tagħhom jafu d-drittijiet tagħhom, il-persuni aktar anzjani u l-ommijiet jew il-missirijiet li jivvaġġaw waħidhom bi tfal żgħar (jiġifieri dawk li l-mobilità tagħhom hija mnaqqsa minħabba l-età tagħhom) huma ħafna inqas konxji.

Jeħtieġ li tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-istess simbolu (persuna ġo siġġu tar-roti fuq sfond blu) jintuża biex jindika faċilitajiet – bħal punti ta' informazzjoni, toilets u lifts – li qegħdin għall-użu ta' persuni b'diżabilità u ta' dawk b'mobilità mnaqqsa. Persuni b'mobilità mnaqqsa ta' spiss jaħsbu li l-faċilitajiet ikkonċernati huma għall-użu biss ta' persuni b'diżabilità. L-impjegati tal-ajruporti għandhom it-tendenza li jaslu għall-istess konklużjoni, xi ħaġa li tispjega għalfejn jonqsu milli jieħdu azzjoni. Huwa ċar li l-passiġġieri qed jibbażaw l-interpretazzjoni tagħhom tad-drittijiet tagħhom fuq is-simbolu minflok fuq il-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006. Is-simbolu grafiku li qed jintuża bħalissa japplika biss għal xi individwi li huma intitolati għal assistenza skont ir-regolament.

Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni ma taħsibx li għandu jiġi propost simbolu ġdid għall-ajruporti kollha tal-UE, li jkun jirrappreżenta persuna b'mobilità mnaqqsa u li jkun jista' jintgħaraf bħala tali minn persuni anzjani u minn ommijiet u missirijiet li jivvjaġġġaw waħidhom bi tfal żgħar? Il-Kummissjoni ma taħsibx li t-titlu tar-regolament għandu jsemmi lill-ommijiet u lill-missirijiet bi tfal żgħar, kif ukoll lill-passiġġieri anzjani?

Imressqa: 20.12.2010

Mgħoddija: 4.1.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 11.1.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Avviż legali - Politika tal-privatezza