Mistoqsija Parlamentari - O-000013/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000013/2011

Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinervra dwar il-Kummerċ tal-Banana

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000013/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vital Moreira, Francesca Balzani
f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2010/2821(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000013/2011
Testi mressqa :
O-000013/2011 (B7-0008/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

F'każ ta' deterjorament tal-kundizzjonijiet ekonomiċi li jaffettwaw l-għajxien tal-produtturi tal-banana tal-UE - li jinkludu dawk li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi - u l-għajxien tal-pajjiżi tal-AKP, il-Kummissjoni se tiżgura  li tippreżenta rapport speċifiku lill-Parlament, akkumpanjat, meta meħtieġ, bi proposti adegwati?

Il-Kummissjoni kif se tiżgura li se jittieħdu inizjattivi speċifiċi biex tissaħħaħ il-pożizzjoni kummerċjali ta' dawk li jkabbru l-banana fi ħdan id-diversi ktajjen tal-provvista?

Il-Kummissjoni taqbel li r-riżorsi tal-Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-Banana (BAM) għandhom jiġu allokati fost il-pajjiżi skont it-telf mistenni f'termini ta' importazzjonijet u ta’ produzzjoni tal-banana flimkien mal-livell ta' żvilupp tal-pajjiż, l-indikaturi peżati u l-kummerċ tal-banana mal-UE?

Il-Kummissjoni se tiżgura li se tressaq, mill-aktar fis possibbli, valutazzjoni tal-impatt dwar l-effetti tal-ftehimiet sal-2020 fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi Ewropej li jipproduċu l-banana?

Il-Kummissjoni kif se tiżgura li kemm l-allokazzjoni tal-BAM kif ukoll dik tal-POSEI se jkunu biżżejjed biex jgħinu lill-produtturi tal-banana tal-UE u tal-pajjiżi tal-AKP jaġġustaw u jadattaw għall-effetti tal-bidliet fir-reġim tal-importazzjoni tal-UE?

Il-Kummissjoni tista' tiżgura li ssir valutazzjoni tal-BAM 18-il xahar qabel l-iskadenza tal-programm?

Il-Kummissjoni kif biħsiebha toffri lill-Ekwador l-istess tariffi li toffri lill-kompetituri prinċipali tagħha?

Imressqa 24.01.2011

Mibgħuta: 26.01.2011

Skadenza: 02.02.2011