Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 26k
9 ta' Frar 2011
O-000034/2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000034/2011

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Jan Březina, Zuzana Roithová, Simon Busuttil, Csaba Sógor, Elisabeth Jeggle, Sebastian Valentin Bodu, Petru Constantin Luhan, Monica Luisa Macovei, Elena Oana Antonescu, Mariya Nedelcheva, Elena Băsescu

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: L-obbligu tal-viża Kanadiża għaċ-ċittadini Ċeki, Rumeni u Bulgari

Is-sitwazzjoni bħalissa fir-rigward tal-obbligu tal-viża Kanadiża għaċ-ċittadini Ċeki, Rumeni u Bulgari qed iddgħajjef il-politika komuni tal-UE dwar il-viża li hija bbażata fuq ir-reċiproċità u hija maħsuba biex tippromwovi d-dritt tal-moviment ħieles għaċ-ċittadini kollha tal-UE. M'għandux ikun hemm dubju li, f'din il-kwistjoni, il-Kummissjoni taqbeż għaċ-ċittadini tal-UE u għall-Istati Membri tal-UE. Jekk dan mhux il-każ nibżgħu li l-politika komuni tal-UE dwar il-viża hija bla sens.

Għalhekk, aħna nħeġġu lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-involviment tagħha bil-għan li terġa' tikseb ir-reċiproċità tal-viża. Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa awtorizzat permezz tar-responsabilità tagħha għall-politika komuni tal-UE dwar il-viża, kif ukoll permezz tal-effettività tal-involviment tagħha. F'dan ir-rigward nixtiequ nissottomettu dawn il-mistoqsijiet:

1. Il-Kummissjoni kif tivvaluta l-effettività tal-approċċ tal-UE għal din il-kwistjoni s'issa?

2. X'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-isforzi Kanadiżi li t-tneħħija tal-obbligu ta' viża tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet differenti, bħar-riforma tas-sistema Kanadiża tal-ażil, tnaqqis fin-numru ta' persuni li jitolbu ażil, jew il-politiki tal-integrazzjoni tal-minoranzi fi Stat Membru tal-UE? F'dan il-kuntst, il-Kummissjoni tqis sempliċiment il-wegħda tal-Kanada li tissottometti l-politika tagħha dwar l-ażil għal reviżjoni bħala biżżejjed?

3. Il-Kummissjoni biħsiebha żżid il-pressjoni fuq il-Kanada biex timpenja ruħha li tneħħi l-obbligu ta' viża b'mod konkret? Jekk dan huwa l-każ, x'mezzi se tuża l-Kummissjoni biex tilħaq din il-mira, ukoll fil-kuntest tar-riżultati mistennija mill-missjoni ta' esperti Kanadiża fir-Repubblika Ċeka?

4. X'passi konkreti se tieħu l-Kummissjoni biex timplimenta d-Dikjarazzjoni tas-Samit bejn l-UE u l-Kanada tas-sena l-oħra li kienet tinkludi l-impenn li jiġu solvuti l-kwistjonijiet pendenti għall-ksib ta' vjaġġar bla viża għaċ-ċittadini kollha tal-UE?

5. Il-Kummissjoni x'qed tagħmel biex tindirizza fatturi importanti bħat-trattament tal-minoritajiet Roma fl-Unjoni Ewropea?

Imressqa: 9.2.2011

Mgħoddija: 11.2.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 18.2.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza