Strateġija Ewropea dwar il-materja prima
23.2.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000041/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Konrad Szymański
f'isem il-Grupp ECR
L-industrija Ewropea jonqosha l-aċċess għall-materja prima meħtieġa, kif ukoll għall-għarfien industrijali u xjentifiku neċessarju għall-ipproċessar tagħha, minkejja li t-tnejn li huma huma meħtieġa biex tikber il-kompetittività tal-industrija fl-Ewropa. Il-metalli rari (rare-earth elements, REEs) huma ta' importanza kritika għal mijiet ta' applikazzjonijiet tat-teknoloġija avvanzata, u huma vitali għall-iżvilupp tat-teknoloġiji ħodor. Fil-preżent, l-industrija tal-UE tiddependi għalkollox fuq l-importazzjoni tal-metalli rari miċ-Ċina, li għandha monopolju dinji tal-produzzjoni.
L-UE għandha strateġija komprensiva dwar il-metalli rari? L-istrateġija tkopri l-possibbiltà ta' żieda fil-prezzijiet minħabba restrizzjonijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina? Ġiet ivvalutata n-natura kritika tal-metalli rari għall-industrija Ewropea?
Fil-fehma tal-Kummissjoni, xi rwol jista' jkollu r-riċiklar fid-dawl tal-opportunitajiet offruti mill-politika tal-kummerċ u d-disponibbiltà tar-riżorsi proprji?
Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-mezzi biex tivvaluta l-kosts tal-politika tar-riċiklar għall-industrija Ewropea?
Imressqa: 23.2.2011
Mgħoddija: 25.2.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 4.3.2011