Il-kummerċ UE-Ġappun
12.4.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000088/2011/rev.1
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Daniel Caspary, Jarosław Leszek Wałęsa
f'isem il-Grupp PPE
Syed Kamall, Robert Sturdy, Jan Zahradil
f'isem il-Grupp ECR
Niccolò Rinaldi, Metin Kazak, Marielle De Sarnez
f'isem il-Grupp ALDE
Emilio Menéndez del Valle, David Martin, Vital Moreira
f'isem il-Grupp S&D
L-esportazzjoni tal-UE lejn il-Ġappun, relattiva mal-PDG, hija konsiderevolment anqas minn dik lejn is-swieq ewlenin l-oħra tal-UE, bħalma huma l-Istati Uniti tal-Amerika, iċ-Ċina, il-Korea u l-Indja. Hemm potenzjal kbir mhux sfruttat fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn dawn iż-żewġ ekonomiji, li minnu jistgħu jgawdu ż-żewġ partijiet, li flimkien jirrappreżentaw 35% tal-PDG dinji.
1. Fis-Samit UE-Ġappun tal-2009, il-mexxejja esprimew l-intenzjoni tagħhom li jqawwu l-integrazzjoni tal-ekonomiji tagħhom biex jikkapitalizzaw bis-sħiħ fuq ir-relazzjoni ekonomika ta’ bejniethom. Il-Kummissjoni x'għamlet biex ittejjeb ir-relazzjoni ekonomika u kummerċjali mis-Samit tal-2009 'l hawn?
2. Il-Kummissjoni x'għamlet biex ittaffi l-miżuri mhux tariffarji li għandhom impatt fuq il-kummerċ u l-investiment, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta' politika regolatorja trasparenti u bl-użu tad-djalogi bilaterali eżistenti? X’inhi l-fehma tagħha dwar l-isforzi tal-Ġappun f'dan ir-rigward?
3. Xi progress sar rigward l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u x'sar biex jiġi ffaċilitat aċċess aħjar għas-swieq rispettivi tal-akkwisti pubbliċi?
4. X'inhuma l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-konsultazzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Ġappun li ġew varati fil-ħarifa tal-2010?
5. Il-Kummisjsoni meta biħsiebha tippubblika valutazzjoni tas-sostenibbiltà u stima tal-impatt dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Ġappun? Se tipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi u ta' Ftehim possibbli UE-Ġappun dwar il-Kummerċ Ħieles, b'mod partikoalri għas-setturi industrijali kollha, bħas-setturi tal-vetturi, l-elettronika, l-avjazzjoni u l-makkinarju?
6. Liema huma l-prerekwiżiti li l-Kummissjoni tħoss li għandhom jitqiesu qabel ma jiġi ddefinit il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn it-taħditiet kummerċjali? In-negozjati jkopru ftehim dwar l-investiment?
Imressqa: 12.4.2011
Mgħoddija: 14.4.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 21.4.2011