Konvenzjoni tal-ILO issupplimentata b'rakkomandazzjoni dwar il-ħaddiema domestiċi
14.4.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000092/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pervenche Berès
f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema domestiċi jagħmlu xogħol ta' għajnuna domestika, tindif u catering; Huma jirrappreżentaw bejn 5% u 9% tal-impjiegi. Ħafna minn dan ix-xogħol huwa prekarju, sottovalutat u mhux iddikjarat. Minħabba f’hekk, il-ħaddiema domestiċi sikwit huma ddiskriminati u kultant isofru minn trattament diskriminatorju, inġust u abużiv. Għadd dejjem jikber minn dawn il-ħaddiema huma ħaddiema migranti (mingħajr dokumenti) li jistgħu għaldaqstant jiġu sfruttati.
L-adozzjoni ta’ konvenzjoni tal-ILO dwar il-ħaddiema domestiċi tkun element importanti li jiżgura li d-drittijiet umani, soċjali u ta’ impjieg tal-ħaddiema domestiċi jkunu rispettati.
1. Xi rwol taħseb il-Kummissjoni li jista’ jkollha fin-negozjati tal-ILO fir-rigward tal-adozzjoni ta’ konvenzjoni ssupplimentata b’rakkomandazzjoni dwar xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi?
2. Kif tista’ l-istrateġija UE 2020 tiżgura li l-impjiegi domestiċi prekarji jiġu ttrasformati f’impjiegi diċenti u sostenibbli?
3. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li temenda l-leġiżlazzjoni attwali bħad-Direttivi tal-Kunsill 89/391/KEE u 2000/78/KE biex tiżgura l-inklużjoni ta’ ħaddiema domestiċi?
4. Tista’ l-Kummissjoni tindika kif hija qiegħda tappoġġja lill-Istati Membri biex huma jiżviluppaw u jinfurzaw politiki li jsaħħu d-drittijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema domestiċi u biex jgħarrfuhom dwar drittijiethom?
5. Il-Kummissjoni qiegħda tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-politiki mmirati għall-ħaddiema domestiċi?
Imressqa: 14.4.2011
Mgħoddija: 18.4.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 25.4.2011