Proċedura : 2011/2563(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000111/2011

Testi mressqa :

O-000111/2011 (B7-0317/2011)

Dibattiti :

PV 08/06/2011 - 12
CRE 08/06/2011 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 45kWORD 25k
4 ta' Mejju 2011
O-000111/2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000111/2011

lill-Kunsill

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Jan Philipp Albrecht, Judith Sargentini, Heidi Hautala

f'isem il-Grupp Verts/ALE


  Suġġett: Il-Mandat ta' Arrest Ewropew

 Tweġiba fil-plenarja 

Il-Mandat ta' Arrest Ewropew irriżulta strument effettiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali u t-terroriżmu. Madankollu, dan jieħu fama ħażina minħabba rapporti li dan qed jintuża għall-interrogatorji minflok għall-proċedimenti ġudizzjarji jew l-eżekuzzjoni ta' sentenzi kif ukoll għar-reati minuri mingħajr ma jiġi vvalutat sew jekk il-konsenja kinitx proporzjonata, minkejja l-kost uman u finanzjarju involut (madwar EUR 25 000 għal kull proċedura ta' konsenja).

Madankollu, id-deċiżjoni li ma jiġix eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew mhux dejjem hija rrispettata mill-Istati Membru li ħarġu, u b'hekk persuna tiġi arrestata mill-ġdid ladarba taqsam il-fruntiera. 

Barra minn hekk, hemmx strumenti għal għajnuna legali adegwata tal-persuni li huma s-suġġett ta' Mandat ta' Arrest Ewropew kemm fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat kif ukoll fl-Istat Membru li jeżegwixxih. Fl-aħħarnett, sfortunatament, il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet f'ħafna Stati Membri tal-UE tant huma ħżiena li jippreġudikaw b'mod gravi l-fiduċja għal trattament adegwat tal-ħabsin, li fuqha huma bbażati l-Mandat ta' Arrest Ewropew u d-deċiżjoni qafas dwar it-trasferiment ta' persuni kkundanati li se tiġi implimentata dalwaqt.

 Il-Kunsill kif se jiggarantixxi li l-użu sporporzjonat tal-Mandat ta' Arrest Ewropew se jintemm b'mod immedjat kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika?

 Il-Kunsill kif se jiżgura li l-persuni li huma s-suġġett ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jkollhom effettivament id-dritt li jikkontestaw Mandat ta' Arrest Ewropew kemm fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat kif ukoll fl-Istat Membru li jeżegwixxih, u li deċiżjoni li ma jiġix eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew twassal għat-tneħħija tas-sinjalazzjoni Schengen?

 Il-Kunsill kif se jiżgura li l-istandards ġudizzjarji penali fl-Unjoni Ewropea se jogħlew u l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet jittejbu qabel ma jintervjenu l-qrati u jwaqqfu trasferimenti ulterjuri minħabba l-possibbiltà ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna?

Imressqa: 4.5.2011

Mgħoddija: 5.5.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 26.5.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza