Mistoqsija Parlamentari - O-000112/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000112/2011

Il-Mandat ta' Arrest Ewropew

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000112/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Jan Philipp Albrecht, Judith Sargentini, Heidi Hautala
f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proċedura : 2011/2563(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000112/2011
Testi mressqa :
O-000112/2011 (B7-0318/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Mandat ta' Arrest Ewropew irriżulta strument effettiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali u t-terroriżmu. Madankollu, dan jieħu fama ħażina minħabba rapporti li dan qed jintuża għall-interrogatorji minflok għall-proċedimenti ġudizzjarji jew l-eżekuzzjoni ta' sentenzi kif ukoll għar-reati minuri mingħajr ma jiġi vvalutat sew jekk il-konsenja kinitx proporzjonata, minkejja l-kost uman u finanzjarju involut (madwar EUR 25 000 għal kull proċedura ta' konsenja). 

Madankollu, id-deċiżjoni li ma jiġix eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew mhux dejjem hija rrispettata mill-Istati Membru li ħarġu, u b'hekk persuna tiġi arrestata mill-ġdid ladarba taqsam il-fruntiera. 

Barra minn hekk, hemmx strumenti ghal ghajnuna legali adegwata tal-persuni li huma s-suggett ta' Mandat ta' Arrest Ewropew kemm fl-Istat Membru li johrog il-mandat kif ukoll fl-Istat Membru li jeżegwixxih. Fl-aħħarnett, sfortunatament, il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet f'ħafna Stati Membri tal-UE tant huma ħżiena li jippreġudikaw b'mod gravi l-fiduċja għal trattament adegwat tal-ħabsin, li fuqha huma bbażati l-Mandat ta' Arrest Ewropew u d-deċiżjoni qafas dwar it-trasferiment ta' persuni kkundanati li se tiġi implimentata dalwaqt.

  Il-Kummissjoni b'liema mod se tiggarantixxi li l-użu sporporzjonat tal-Mandat ta' Arrest Ewropew se jintemm b'mod immedjat kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika?

  Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-persuni li huma s-suġġett ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jkollhom effettivament id-dritt li jikkontestaw Mandat ta' Arrest Ewropew kemm fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat kif ukoll fl-Istat Membru li jeżegwixxih, u li deċiżjoni li ma jiġix eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew twassal għat-tneħħija tas-sinjalazzjoni Schengen?

  Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-istandards ġudizzjarji penali fl-Unjoni Ewropea se jogħlew u l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet jittejbu qabel ma jintervjenu l-qrati u jwaqqfu trasferimenti ulterjuri minħabba l-possibbiltà ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-persuna?

Imressqa: 4.5.2011

Mgħoddija: 6.5.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 13.5.2011