Proċedura : 2011/2563(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000118/2011

Testi mressqa :

O-000118/2011 (B7-0320/2011)

Dibattiti :

PV 08/06/2011 - 12
CRE 08/06/2011 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 53kWORD 26k
11 ta' Mejju 2011
O-000118/2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000118/2011

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Elena Oana Antonescu, Axel Voss, Simon Busuttil, Salvatore Iacolino

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: Il-Mandat ta' Arrest Ewropew

 Tweġiba fil-plenarja 

Kif ġie enfasizzat f’rapport riċenti mill-Kummissjoni Ewropea (COM(2011)0175), il-Mandat ta' Arrest Ewropew irriżulta strument effikaċi fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Kif ġie indikat mill-Kummissjoni, madankollu, hemm il-potenzjal li dan jieħu fama ħażina u tiġi affettwata ħażin l-effikaċja tiegħu minħabba rapporti li qed jintuża għall-interrogatorji minflok għall-proċedimenti ġudizzjarji jew l-eżekuzzjoni ta' sentenzi kif ukoll għar-reati minuri mingħajr ma jiġi vvalutat sew jekk il-konsenja kinitx proporzjonata, minkejja l-kost uman u finanzjarju involut (stmat minn Stat Membru wieħed bħala madwar EUR 25.000 għal kull proċedura ta' konsenja). 

Xi drabi m’hemmx strumenti għal għajnuna legali adegwata tal-persuni li huma s-suġġett ta' Mandat ta' Arrest Ewropew kemm fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat kif ukoll fl-Istat Membru li jeżegwixxih. Fl-aħħarnett, il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet f'ħafna Stati Membri tal-UE potenzjalment jistgħu jippreġudikaw il-fiduċja għal trattament adegwat tal-ħabsin, li fuqha huma bbażati l-Mandat ta' Arrest Ewropew u d-deċiżjoni qafas dwar it-Trasferiment ta' Persuni Kkundanati li se tiġi implimentata dalwaqt.

  Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-Mandat ta’ Arrest Ewropew kien strument utli u li kiseb l-għanijiet tiegħu?

  Il-Kummissjoni b'liema mod se tiggarantixxi li l-użu sporporzjonat tal-Mandat ta' Arrest Ewropew se jitnaqqas fil-prattika?

  Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-persuni li huma s-suġġett ta' Mandat ta' Arrest Ewropew ikollhom effettivament id-dritt għal parir legali kemm fl-Istat li joħroġ il-mandat kif ukoll fl-Istat li jeżegwixxih, u li deċiżjoni li ma jiġix eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew twassal għat-tneħħija tas-sinjalazzjoni Schengen?

  Liema huma l-proposti li għandha l-intenzjoni tressaq il-Kummissjoni biex tiżgura li l-istandards ġudizzjarji penali se jogħlew u l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet fl-Unjoni Ewropea mhumiex sors ta’ nuqqas ta’ fiduċja fost is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri?

Imressqa: 11.5.2011

Mgħoddija: 13.5.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 20.5.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza