Il-Mandat ta' Arrest Ewropew
31.5.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000140/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Timothy Kirkhope
f'isem il-Grupp ECR
Il-Mandat ta' Arrest Ewropew (EAW) wera li huwa strument effikaċi fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Madankollu, kif innutat il-Kummissjoni, hemm il-potenzjal li r-reputazzjoni u l-effikaċja tiegħu jiddgħajfu minħabba rapporti li mhuwiex qed jintuża b'mod proporzjonat, u fl-ambitu li għalih kien intiż.
– Il-Kunsill iqis li l-EAW kien strument utli u li laħaq l-objettivi tiegħu?
– Il-Kunsill x'passi biħsiebu jieħu biex jiggarantixxi li l-użu futur tal-EAW ikun proporzjonat fir-rigward tar-reat imwettaq u tal-kost finanzjarju?
– Il-Kunsill kif biħsiebu jiggarantixxi d-drittijiet legali u amministrattivi tal-persuni mfittxija permezz ta' EAW?
Imressqa: 31.5.2011
Mgħoddija: 1.6.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 22.6.2011