Mistoqsija Parlamentari - O-000149/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000149/2011

Eliminazzjoni tal-qabża bejn il-liġi kontra l-korruzzjoni u r-realtà

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000149/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Monica Luisa Macovei, Mariya Nedelcheva, Simon Busuttil, Manfred Weber
f'isem il-Grupp PPE

Proċedura : 2011/2744(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000149/2011
Testi mressqa :
O-000149/2011 (B7-0420/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fis-6 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni adottat pakkett kontra l-korruzzjoni, li jinkludi komunikazzjoni dwar ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu tal-UE ta' rappurtar kontra l-korruzzjoni, rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/JHA dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat, kif ukoll rapport dwar il-modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp tal-Kunsill tal-Ewropa ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO).

Il-Parlament Ewropew jilqa' l-pakkett kontra l-korruzzjoni, li jindirizza l-ispejjeż għoljin tal- korruzzjoni (stima ta' EUR 120  biljun kull sena), l-impatt ta' distorsjoni tiegħu fuq l-ekonomija, il-kompetizzjoni u s-suq intern, u r-rieda qawwija taċ-ċittadini li l-UE għandha tieħu azzjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (78 %, Ewrobarometru, Diċembru 2009).

1.  Fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' rappurtar tal-Kummissjoni, din kif se tivverifika, tistima u tindirizza l-implimentazzjoni effettiva tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni (inkluża l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet dissważivi), li hija ta' interess ewlieni, ladarba din il-leġiżlazzjoni hija bħalissa ineżistenti jew implimentata b'mod irregolari?

2.  Il-Kummissjoni se taġixxi fuq il-bażi ta' Artikolu 83(1) tat-TFUE sabiex tadotta regoli minimi għad-definizzjoni tal-korruzzjoni u l-pieni assoċjati, fid-dawl tal-impatt transkonfinali tal-korruzzjoni u l-konsegwenzi tagħha għas-suq intern?

3.  Il-Kummissjoni kif se tinvolvi lill-Parlament f'dawn l-isforzi?

Imressqa: 9.6.2011

Mgħoddija: 14.6.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 21.6.2011