Il-qagħda attwali dwar in-negozjati mal-Awstralja, l-Istati Uniti u l-Kanada dwar l-użu u t-trasferiment ta' dejta tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR)
20.6.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000156/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cornelia Ernst, Helmut Scholz, Søren Bo Søndergaard
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Proċedura : 2011/2729(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
O-000156/2011
Testi mressqa :
O-000156/2011 (B7-0412/2011)
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
- Il-Kummissjoni tista' tiċċara fid-dettall l-evalwazzjoni tagħha tal-konformità tal-ftehim bejn l-UE u l-Awstralja dwar il-PNR mad-drittijiet fundamentali u l-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll mal-kriterji stabbiliti fir-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew P7_TA(2010)0144 u P7_TA(2010)0397? Il-Kummissjoni tista' tispjega b'mod partikolari kif stabbilixxiet li l-ġbir u l-użu tal-PNR jissodisfaw ir-rekwiżiti legali tan-neċessità u l-proporzjonalità?
- Il-Kummissjoni tista' tiċċara kif, fil-kuntest tal-Artikolu 218 tat-TFUE, biħsiebha timplimenta l-Artikoli 23 u 25 tal-ftehim bejn l-UE u l-Awstralja (dwar is-soluzzjoni, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta’ tilwim) f'każ li l-Parlament Ewropew, b'maġġoranza assoluta, jitlob l-applikazzjoni ta' dawk l-artikoli?
- Peress li t-trasferiment tal-PNR permezz tat-trasportaturi hu rekwiżit tal-liġi Awstraljana, l-għan tal-ftehim bejn l-UE u l-Awstralja hu esklussivament biex jiżgura li t-trasferiment tad-data jsir f'konformità mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni taqbel li l-Artikolu 16 tat-TFUE hu bażi legali adegwata għad-deċiżjoni tal-Kunsill?
- Peress li d-definizzjoni uniformi miftiehma il-profiling, ibbażata wkoll fuq dokumenti internazzjonali li qegħdin fis-seħħ, tista' tgħin tevalwa r-rabta bejn il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-PNR u l-attivitajiet tal-profiling, il-Kummissjoni tista' taqbel li taħdem fuq definizzjoni bħal din?
- Sakemm tistenna r-riżultat ta' negozjati ulterjuri mal-Istati Uniti u mal-Kanada, il-Kummissjoni tista' tipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji ġenerali biex tiżgura l-ħarsien tal-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, partikolarment fir-rigward tal-ambitu u l-perjodi taż-żamma? Il-Kummissjoni tista' tagħti stampa ġenerali ta’ ftehimiet bilaterali possibbli bejn l-Istati Uniti u l-Istati Membri li jkun fiha referenza għat-trasferiment tal-PNR? Il-Kummissjoni tista' tiċċara l-leġiżlazzjoni li se ssir dalwat u li tipprovdi għat-trasferiment sistematiku tal-PNR mill-Kanada għall-Istati Uniti?
- Il-Kummissjoni tista' tiċċara r-relazzjoni bejn il-programm Secure Flight tal-Istati Uniti u l-ġbir tad-data tal-PNR?
- Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-frekwenza tal-użu tas-sistema ad hoc tal-metodu PULL mill-awtoritajiet tal-Istati Unitu mis-sistemi tat-trasportaturi li diġà qed jużaw il-metodu PUSH f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim eżistenti mal-Istati Uniti?
- In-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Uniti għadhom għaddejjin?
- Il-Kummissjoni se tiżgura li t-trasferiment tal-PNR għall-Istati Uniti, l-Kanada u l-Awstralja taħt l-ebda ċirkostanza mhu ħa jtellef il-libertà fundamentali ta' moviment taċ-ċittadini Ewropej lejn dawk il-pajjiżi? L-abbozz ta' ftehim se jinkludi referenza għal dan id-dritt fundamentali tal-bniedem, kif imsemmi fl-ICCPR u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
Imressqa: 20.6.2011
Mgħoddija: 22.6.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 29.6.2011