Linji ta' gwida fuq l-għajnuna mill-Istat għall-industrji b'konsum għoli tal-enerġija
21.6.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000158/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Mario Pirillo, Rosario Crocetta, Gianni Pittella, Guido Milana, Rita Borsellino, Pier Antonio Panzeri, Andrea Cozzolino, Sergio Gaetano Cofferati, Salvatore Caronna, Patrizia Toia, Silvia Costa, David-Maria Sassoli, Gianluca Susta, Roberto Gualtieri, Leonardo Domenici, Francesco De Angelis, Oreste Rossi, Ioan Enciu, Paolo Bartolozzi, Giommaria Uggias, Amalia Sartori, Aldo Patriciello, Alfredo Antoniozzi, Giancarlo Scottà, Matteo Salvini, Clemente Mastella, Barbara Matera, Elisabetta Gardini, Vincenzo Iovine, Gabriele Albertini, Antonio Cancian, Cristiana Muscardini, Pavel Poc, Jo Leinen, Potito Salatto, Salvatore Tatarella, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Iuliu Winkler, Paolo De Castro, Rovana Plumb, Sebastian Valentin Bodu, Crescenzio Rivellini, Iosif Matula, Roberta Angelilli, Cristian Silviu Buşoi, Carlo Fidanza
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011, li tistabbilixxi regoli tranżitorji għall-Unjoni kollha kemm hi bil-għan ta' armonizzar tal-proċeduri ta' għoti b'xejn ta' kwoti ta' emissjonijiet skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2009/29/KE, li tagħti kwoti b'xejn biss għal dawk l-emissjonijiet bl-limitu stabbilit b'sistema ta' limitu komparattiv. Din id-deċiżjoni teskludi madwar 70% tal-emissjonijiet mill-forn elettriku, emissjonijiet indiretti prodotti minn impjanti termoelettriċi li jħaddmu l-ifran. L-impatt tal-emissjonijiet ta' CO2 trasferiti fuq il-prezz tal-elttriku jaffettwa s-sistema industrijali għad-dannu tas-setturi b'ogħla konsum ta' enerġija (fosthom l-industrija tal-azzar).
Bid-Deċiżjoni 2010/2/UE tal-24 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea, irrikonoxxiet is-settur tal-produzzjoni tal-azzar bħala settur espost għal riskju għoli ta' rilokalizzar tal-emissjonijiet tal-karbonju, bit-telf konsegwenti ta' kwota importanti tas-suq li tagħti vantaġġ lill-impjanti li huma anqas effiċjenti f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju li jinsabu barra mill-UE, li twassal għal telf ta' kompetittività tas-sistema industrijali Ewropew fir-rigward tal-pajjiżi prinċipali barra mill-UE li jagħtu anqas każ tal-ambjent. Id-Direttiva 2003/87/KE tinkludi flimkien mal-Artikolu 10b, il-paragrafu 6, li permezz tiegħu l-Istati Membri jistgħu jaddottaw miżuri finanzjarji favur is-setturi meqjusa bħala esposti għal riskju ogħla ta' rilokalizzazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 biex jikkumpensaw l-ispejjeż marbutin mal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra fuq il-prezzijiet tal-enerġija elettrika (spejjeż indiretti), meta dawn il-miżuri finanzjarji jikkonformaw mar-regoli fuq l-għajnuniet tal-Istat.
Fil-linji gwida rigward l-għajnuna mill-Istat previsti fil-qafas tas-sistema l-ġdida ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-UE, il-Kummissjoni beħsiebha tadotta miżuri li jkollhom l-għan li jiggarantixxu li s-settur tal-produzzjoni tal-azzar fl-ifran elettriċi (u magni partikolari) jiġi rikonoxxut fost is-setturi eliġibbli għal miżuri ta' kumpens, fosthom l-Artikolu 10b, paragrafu 6, tad-Direttiva 2003/87/KE u li dawn il-miżuri ta' kumpens msemmija jkunu proporzjonati mal-ispejjeż magħmula?
Imressqa: 21.6.2011
Mgħoddija: 24.6.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 1.7.2011