Mistoqsija Parlamentari - O-000172/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000172/2011

Eliminazzjoni tal-qabża bejn il-liġi kontra l-korruzzjoni u r-realtà

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000172/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Jan Philipp Albrecht, Judith Sargentini
f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proċedura : 2011/2744(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000172/2011
Testi mressqa :
O-000172/2011 (B7-0424/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fis-6 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni adottat pakkett kontra l-korruzzjoni li jinkludi komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rapportaġġ tal-UE kontra l-korruzzjoni, rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2003/568/ĠAI tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat, kif ukoll rapport dwar il-modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO).

Il-Parlament Ewropew jilqa' l-pakkett kontra l-korruzzjoni, li jindirizza l-prezz għoli tal- korruzzjoni (stima ta' EUR 120 biljun kull sena), l-impatt ta' distorsjoni tiegħu fuq l-ekonomija, il-kompetizzjoni u s-suq intern, u l-aspettattiva qawwija tal-pubbliku li l-UE għandha tieħu azzjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (78 %, Ewrobarometru, Diċembru 2009).

  1. Il-Kunsill kif se jiżgura li f'kull Stat Membru jkun hemm l-impenn politiku meħtieġ, li bħalissa huwa nieqes f'xi Stati Membri, biex il-korruzzjoni tiġi miġġielda u biex jiġu implimentati l-miżuri tal-Kummissjoni?
  2. Il-Kunsill kif se jinvolvi lill-Parlament f'dawn l-isforzi?

Imressqa: 28.6.2011

Mgħoddija: 29.6.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 20.7.2011