Mistoqsija Parlamentari - O-000178/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000178/2011

L-implimentazzjoni tal-pakkett kontra l-korruzzjoni tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000178/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Ana Gomes, Claude Moraes, Rita Borsellino, Rosario Crocetta
f'isem il-Grupp S&D

Proċedura : 2011/2744(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000178/2011
Testi mressqa :
O-000178/2011 (B7-0427/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Parlament Ewropew jilqa' l-pakkett kontra l-korruzzjoni adottat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Ġunju 2011 li jinkludi komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu tal-UE ta' rappurtar kontra l-korruzzjoni, rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/JHA dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat, kif ukoll rapport dwar il-modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp tal-Kunsill tal-Ewropa ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO).

Rigward dan il-pakkett kontra l-korruzzjoni:

1. Il-Kunsill kif ser jiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri proposti mill-Kummissjoni?

2. X'inhuma l-mekkaniżmi previsti li jinvolvu l-Parlament Ewropew?

Imressqa: 12.7.2011

Mgħoddija: 13.7.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 3.8.2011