Mistoqsija Parlamentari - O-000184/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000184/2011

Il-qagħda attwali rigward id-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000184/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Edite Estrela
f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Proċedura : 2011/2825(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000184/2011
Testi mressqa :
O-000184/2011 (B7-0623/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Minn mindu l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità (92/85/KEE), fl-20 ta' Ottubru 2010 (P7_TA(2010)0373), il-Kunsill ma ħax pożizzjoni formali fuq din il-proposta. Madankollu, aħna konxji mill-fatt li diversi Stati Membri wrew tħassib dwar l-emendi adottati mill-Parlament u l-implikazzjonijiet finanzjari relatati, b'mod partikolari fir-rigward tal-estensjoni tat-tul taż-żmien tal-liv tal-maternità (għal 20 ġimgħa), il-livell tal-allokazzjoni (ħlas komplut) u d-dispożizzjonijet li jirregolaw il-liv għall-missirijiet (ġimgħatejn liv tal-paternità kompletament imħallsa).

Fid-dawl tal-kuntest tal-kriżi finanzjarja kurrenti u d-diversi sistemi ta' liv tal-maternità eżistenti fl-Istati Membri, il-Parlament huwa dispost li jkun flessibbli u huwa dispost li jaħdem flimkien mal-Kunsill sabiex jintlaħaq ftehim li jkun jissodisfa l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-familji Ewropej u tal-ekonomija Ewropea. Għandu jiġi nnutat ukoll li sabiex tintlaħaq r-rata ta' impjieg ta' 75% għan-nisa, kif stabbilita fl-istrateġija UE 2020, għandhom jiġu implimentati miżuri ulterjuri li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, u hu importanti ħafna għall-Kunsill li jiżblokka s-sitwazzjoni u jieħu pożizzjoni formali sabiex id-diskussjonijiet mal-Parlament jistgħu jibdew bil-għan li jintlaħqu kompromessi.

Il-Kunsill huwa lest li jikkunsidra kompromessi fuq il-kwistjonijiet prinċipali, bħat-tul taż-żmien tal-liv tal-maternità, il-livell u l-limitu tal-ħlas?

Fid-dawl tal-miżuri ta' awsterità li ġejjin mill-kriżi fianzjarja kurrenti, il-Kunsill jikkunsidra l-possibbiltà tal-implimentazzjoni gradwali tad-direttiva riveduta, kif propost mill-Parlament?

Bil-għan li jintlaħqu arranġamenti għal implimentazzjoni iktar flessibbli, il-Kunsill jaċċetta li hemm bżonn li jiddiskuti klawsola ‘passarelle’, b'mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva tal-Liv tal-Ġenituri (96/34/KE), riċentement riveduta, li għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri mill-2012?

Il-Kunsill għandu l-intenzjoni li jappoġġa liv tal-paternità f'din id-direttiva?

Il-Kunsill kif jipprevedi r-rwol tal-imsieħba soċjali fin-negozjati li jmiss?

Imressqa: 30.8.2011

Mgħoddija: 1.9.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 8.9.2011