Mistoqsija Parlamentari - O-000208/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000208/2011

Theddid min-naħa tat-Turkija kontra r-Repubblika ta' Ċipru fir-rigward taż-Żona Ekonomika Esklussiva tiegħu

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000208/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Takis Hadjigeorgiou, Kyriacos Triantaphyllides
f'isem il-Grupp GUE/NGL

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000208/2011
Testi mressqa :
O-000208/2011
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Ħafna żmien ilu, ir-Repubblika ta’ Ċipru bdiet esplorazzjoni offiċjali għall-idrokarburi fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tagħha. It-Turkija qatt ma aċċettat din is-sitwazzjoni leġittma:

  bastiment tar-riċerka ta’ kumpanija Norveġiża, li jbaħħar b’bandiera tal-Panama, li kien qed jagħmel riċerka fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ Ċipru (27 mil nawtiku barra mill-kosta tat-Tramuntana tal-ġżira) f’isem ir-Repubblika ta’ Ċipru ġie ppersegwitat minn bastimenti tal-gwerra Torok fit-13 ta’ Novembru 2008;

  fi tliet okkażjonijiet oħra, fid-19, 21 u 24 ta’ Novembru 2008, bastimenti tal-gwerra Torok ppersegwitaw lil bastimenti tar-riċerka li kienu qed iwettqu riċerka oċeanografika fiż-ŻEE ta’ Ċipru f’isem ir-Repubblika ta’ Ċipru.

It-Turkija, fid-dawl tal-proċess ta’ tħaffir li beda fiż-ŻEE tar-Repubblika ta’ Ċipru, qed thedded b’mod apert u ripetut fl-ogħla livell governattiv possibbli li tibgħat bastimenti tal-gwerra u li tikkonkludi ‘ftehim’ mar-‘Repubblika Torka tat-Tramuntana ta’ Ċipru (TRNC)’ li mhix rikonoxxuta dwar l-esplorazzjoni taż-ŻEE tar-Repubblika ta’ Ċipru flok ma tagħmel dan mar-Repubblika ta’ Ċipru per se. B’dan il-mod, il-Gvern Tork qed iġib ruħu b’mod dejjem aktar aggressiv kemm fil-konfront tar-Repubblika ta’ Ċipru (li hija Stat Membru tal-UE) kif ukoll fil-konfront tal-paċi u l-istabilità fil-baħar Mediterran. Fl-istess waqt, dan it-tip ta’ thedded jipperikola l-proċess tal-paċi għas-sejba ta’ soluzzjoni għall-problema ta’ Ċipru.

Bħalma tafu, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) ġiet ratifikata mill-Unjoni Ewropea – fl-10 ta’ Diċembru 1998 – u konsegwentament tikkostitwixxi parti mill-acquis communautaire. Bħala tali, il-Konvenzjoni dwar il-Liġi tal-Baħar fil-fatt hija parti mill-acquis communautaire, li t-Turkija flimkien mal-pajjiżi l-oħra kollha li huma interessati jaċċedu għall-UE huma mistennija jadottaw u jinforzaw.

Minħabba li l-Gvern Tork qed jhedded id-drittijiet sovrana ta’ Stat Membru u jikser id-Dritt Komunitarju billi l-atti de facto tiegħu waslu fil-punt li jipperikolaw il-proċess tal-paċi u l-istabilità fil-Baħar Mediterran, qed isiru dawn il-mistoqsijiet lill-Kummissjoni:

X’inhi l-fehma tal-Kummissjoni fir-rigward tat-theddid attwali kontra Stat Membru?

X’inhuma l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ dan it-theddid min-naħa tat-Turkija?

Imressqa: 20.9.2011

Mgħoddija: 22.9.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 29.9.2011