Proċedura : 2011/2853(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000225/2011

Testi mressqa :

O-000225/2011 (B7-0621/2011)

Dibattiti :

PV 12/10/2011 - 15
CRE 12/10/2011 - 15

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 29k
29 ta' Settembru 2011
O-000225/2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000225/2011

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Marian-Jean Marinescu, Andrey Kovatchev, Carlos Coelho, Mariya Nedelcheva, Monica Luisa Macovei, Elena Oana Antonescu, Simon Busuttil, Georgios Papanikolaou, Manfred Weber

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-żona Schengen

 Tweġiba fil-plenarja 

Il-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-UE huma waħda mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropew li taffettwa direttament liċ-ċittadini Ewropej. Fl-2007 ir-Rumanija u l-Bulgarija adottaw l-acquis ta' Schengen meta ngħaqdu mal-UE. Skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni, il-verifika permezz ta' proċeduri ta' valutazzjoni, li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen (il-protezzjoni tad-data, is-SIS, il-fruntieri tal-ajru, il-fruntieri tal-art, il-fruntieri tal-baħar, il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-viżi) intlaħqu mill-Istati Membri l-ġodda hija prekundizzjoni għall-Kunsill biex jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma' dawk l-Istati Membri.

Il-valutazzjoni tibda' wara talba min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat u titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Evalwazzjoni ta' Schengen. Wara li jkun soġġett għal proċedura sħiħa ta' valutazzjoni, ir-rapport finali għandu jistabbilixxi jekk dak l-Istat Membru jissodisfax il-prekundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni fil-prattika.

Id-deċiżjoni ta' integrazzjoni għandha ssir mill-Kunsill, permezz ta' deċiżjoni unanima min-naħa tal-Gvernijiet kollha tal-Istati li diġà jappartjenu għaż-żona Schengen. F'dawn l-aħħar snin ir-Rumanija u l-Bulgarija għamlu sforz kbir biex jingħaqdu fiż-żona Schengen u skont ir-rapporti tal-esperti, ikkonkludew b'suċċess il-proċess ta' valutazzjoni ta' Schengen. Il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2011, iċċertifikaw li ż-żewġ pajjiżi huma lesti biex jingħaqdu fiż-Żona Schengen. Matul il-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2011, il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern qablu li d-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tagħhom għandha tittieħed mhux aktar tard minn Settembru 2011. Imbagħad, matul il-Kunsill ĠAI tat-22 ta' Settembru 2011, żewġ Stati Membri ddeċidew li jimblukkaw dawn l-aspirazzjonijiet u d-deċiżjoni ġiet posposta b'mod indefinit.

  1. Bl-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija rċevew lista ta' rekwiżiti u huma ssodisfawhom kollha. Il-Kummissjoni temmen li huwa ġust li jiġu applikati kriterji addizzjonali li ma kinux previsti mill-bidu nett? Partikolarment jekk jiġi kkunsidrat li dawn il-kriterji l-ġodda huma differenti mill-kriterji li ġew applikati għall-adeżjonijiet preċedenti?
  2. Id-deċiżjoni għall-adeżjoni ġiet imblukkata minn żewġ Stati Membri. Il-Kummissjoni tqis li ġie rrispettat l-obbligu legali li għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-adeżjoni taż-żewġ pajjiżi kandidati hekk kif ikunu ssodisfaw il-kriterji?
  3. Liema huma l-passi li jmiss li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu?

Imressqa: 29.9.2011

Mgħoddija: 3.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 10.10.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza