Mistoqsija Parlamentari - O-000226/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000226/2011

L-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT sabiex jissaħħaħ is-suq uniku diġitali

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000226/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marielle Gallo, Doris Pack, Jürgen Creutzmann, Olle Ludvigsson, António Fernando Correia De Campos, Arlene McCarthy, Phil Prendergast, Ashley Fox, Louis Michel, Jean-Paul Gauzès, Jean-Marie Cavada, Nadja Hirsch, Diana Wallis, Bill Newton Dunn, Tadeusz Zwiefka, Constance Le Grip, David Casa, Jean-Pierre Audy, Pablo Arias Echeverría, Philippe Juvin, Piotr Borys, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, José Manuel García-Margallo y Marfil, Angelika Niebler, Axel Voss, Françoise Grossetête, Ivo Belet, Katarína Neveďalová, Cătălin Sorin Ivan, Silvia Costa, Alajos Mészáros, Toine Manders, Damien Abad, Hannu Takkula, Ioannis A. Tsoukalas, Helga Trüpel, Adina-Ioana Vălean, Cornelis de Jong, Raffaele Baldassarre, Cecilia Wikström, Cristian Silviu Buşoi, Klaus-Heiner Lehne, Niki Tzavela

Proċedura : 2011/2898(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000226/2011
Testi mressqa :
O-000226/2011 (B7-0648/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Is-suq uniku diġitali għadu frammentat u dan huwa dovut parzjalment għat-taxxi tal-konsum li japplikaw għall-prodotti u s-servizzi. Il-Kummissjoni attwalment qed tirrifletti dwar il-futur tal-VAT u l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 għandhom jiġu kkunsidrati. Il-kliem attwali ta' Anness 3 tad-Direttiva 2006/112/KE huwa ta' xkiel għall-iżvilupp tas-servizzi diġitali ġodda. Ir-regoli li japplikaw għall-kotba huma wħud mill-aktar eżempji evidenti. Skont il-qafas legali attwali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa għall-provvista ta’ kotba li jiġu stampati, filwaqt li l-kotba elettroniċi jistgħu jkunu suġġetti għal rata ta’ VAT standard ta' mill-anqas 15 fil-mija.

Għall-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali ġenwin, l-Unjoni Ewropea tista’ tagħti l-permess lill-Istati Membri japplikaw, fuq bażi temporanju, rata ta’ VAT imnaqqsa għal servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi ta’ kontenut kulturali.  Din il-kategorija ġdida, li għandha tiġi inkluża f'Anness 3 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandha tkopri d-dispożizzjoni ta' servizzi onlajn bħat-televiżjoni, il-mużika, il-kotba jew l-istampa, minn fornitur stabbilit fl-UE għal kwalunkwe persuna li mhijiex taxxabbli stabbilita wkoll fl-UE. Studju indipendenti li ġie kkummissjonat minn DĠ TAXUD jappoġġja din l-idea minħabba li turi l-importanza li r-rati mnaqqsa ta' VAT jiġu estiżi għal prodotti kulturali u għas-setturi fejn mhemmx konsum biżżejjedl.

  1. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tipproponi reviżjoni ta’ Anness 3 tad-Direttiva 2006/112/KE biex il-provvista ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi elettroniċi jinġiebu fuq livell wieħed, b'attenzjoni partikolari għall-kotba, sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn it-tixrid ta’ xogħol onlajn u offlajn?
  2. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tipproponi r-reviżjoni tad-Direttiva 2008/8/KE rigward il-post tal-provvista ta' servizzi, sabiex tkun konformi, qabel l-1 ta' Jannar 2015, mal-prinċipji miftiehma fil-qafas tal-OKŻE?
  3. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tipproponi r-reviżjoni ta’ Anness 3 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tiġi introdotta kategorija ġdida ta' servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi ta’ kontenut kulturali, li huwa pass meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020?

Imressqa: 3.10.2011

Mgħoddija: 5.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 12.10.2011