Il-Kompatibbiltà tal-Ftehimiet tat-Taxxa Brittaniċi u Ġermaniżi mal-Isvizzera, mad-Direttiva tal-UE dwar it-Tassazzjoni ta' Riżervi fuq id-Dħul
4.10.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000229/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sharon Bowles
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Kemm il-Ġermanja kif ukoll ir-Renju Unit dan l-aħħar iffirmaw ftehimiet bilaterali tat-taxxa mal-Isvizzera. Skont il-ftehim DE-CH, taxxa finali minn ras il-għajn se tiġi imponuta fuq introjtu minn tfaddil, investimenti eċċ ta' ċittadini Ġermaniżi li għandhom kontijiet fl-Isvizzera (Art.18). Il-ftehim jipprovdi kemm għall-ħlas ta' darba marbut ma' introjtu li ntilef fil-passat, li tħallas inizjalment mill-banek Svizzeri, kif ukoll għal taxxa normali fuq imgħaxx u dħul mill-kapital. Madanakollu, il-ħlas lura tat-taxxa minn ras il-għajn se jsir b'mod unanimu, biex b'hekk titħares ir-riservatezza tal-banek Svizzeri. Stati Membri oħra jistgħu jipprevedu ftehimiet simili, u attwalment Franza u Spanja qegħdin jikkunsidrawh.
1. Il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim tat-Taxxa bejn il-Ġermanja u l-Isvizzera, li jipprovdi għal rata tat-taxxa minn ras il-għajn ta' 26.375% (Art.18), huwa kumpatibbli mal-EUSTD u mal-Ftehim bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fil-EUSTD, li jipprovdi għal taxxa minn ras il-għajn ta' 35%? Is-sistema ta' kreditu prevista fl-Art. 20 tal-ftehim hija suffiċjenti, anke meta mqabbla mal-approċċ tar-Renju Unit ta' taxxa minn ras il-għajn ta' 48%? Il-Kummissjoni rnexxielha tevalwa t-termini tal-ftehim li ntlaħqu bejn ir-Renju Unit u l-Isvizzera u, jekk dan hu minnu, kif tevalwa d-dispożizzjonijiet tal-ftehim?
2. Fil-fehma tal-Kummissjoni dan il-ftehim kif se jaffettwa n-negozjati li għaddejjin dwar l-EUSTD fil-Kunsill, u f'sens aktar globali, il-ftehim kif jorbot fil-mira ddikkjarata ta' koordinament aħjar tat-taxxa bejn l-Istati Membri fl-livell tal-UE? Il-Kummissjoni jew Stati Membri oħra jqsiu l-ftehim bħala ostaklu għall-progress tal-iżvilupp tal-EUSTD? X'azzjoni se tieħu l-Kummissjoni biex tiddefendi d-dispożizzjonijiet tal-EUSTD u biex tagħmel progress fir-rieżami tiegħu?
3. L-Istati Membri għandhom il-kompetenza jinnegozjaw tali ftehimiet bilaterali minkejja li l-EUSTD diġà jipprevedi regoli għall-istess suġġett? Il-Kummissjoni tqis li għandha jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-kontroll ex ante ta' ftehimiet bilaterali tat-taxxa bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi? Il-Kummissjoni ġiet involuta jew ikkonsultata fin-negozjati bejn il-Ġermanja/ ir-Renju Unit u l-Isvizzera? Il-Kummissjoni se tfittex li tkun involuta jew ikkonsultata f'negozjati ulterjuri fil-ġejjieni ma' pajjiżi terzi f'dan il-kuntest?
4. Il-Ftehim kif inhu relatat mal-Art. 26 tal-mudell OECD u huwa ta' ħsara għall-iżvilupp tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fejn jidħlu kwestjonijiet tat-taxxa?
Imressqa: 4.10.2011
Mgħoddija: 6.10.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 13.10.2011