Dħul il-Bulgarija u r-Rumanija fiz-zona Schengen
4.10.2011
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000234/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Mara Bizzotto
f'isem il-Grupp EFD
Wara d-dubbji li qanqlu xi Stati Membri u l-objezzjonijiet formali mfissrin minn Stati oħrajn f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dħul il-Bulgarija u r-Rumanija fiz-zona Schengen matul il-Kumitat għall-Intern tat-22 ta' Settembru li għadda (2011), jista' l-Kunsill jispjega x'se jkunu l-miri li ġejjin u liema hija l-istrateġija li beħsiebu jimxu fuqha f'dan is-suġġett?
Il-Kunsill jinsab f’qagħda li jikkonferma li se jħeġġeġ li jkun hemm rikors għal kull miżura neċessarja għalbiex jiżgura t-tisħiħ tal-fruntieri esterni bl-aktar mod effiċjenti u żgur? Jista’ jispjega b’liema mod beħsiebu jilħaq dan l-objettiv?
Imressqa: 4.10.2011
Mgħoddija: 5.10.2011
L-iskadenza għat-tweġiba: 26.10.2011