Mistoqsija Parlamentari - O-000236/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000236/2011

Id-drittijiet tar-Rom fl-UE - nindirizzaw l-atteġġjament kontra ż-żingari

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000236/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Raül Romeva i Rueda, Hélène Flautre, Franziska Keller, Rui Tavares, Jean Lambert, Barbara Lochbihler, Catherine Grèze, Karima Delli, Malika Benarab-Attou
f'isem il-Grupp Verts/ALE

Proċedura : 2011/2901(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000236/2011
Testi mressqa :
O-000236/2011 (B7-0649/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali dwar ir-Rom kien ippreżentat f'April 2011, milqugħ fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill f'Mejju u approvat mill-Kunsill Ewropew fl-24 ta' Ġunju. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom skont l-objettivi tal-UE 2020 u jressquhom lill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2011. Għalkemm il-Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali dwar ir-Rom huwa l-aktar dokument avvanzat imfassal mill-Kummissjoni rigward it-titjib fl-inklużjoni soċjoekonomika tar-Rom Ewropej, li huma bejn 10 u 12-il miljun, dan huwa nieqes minn miri antidiskriminatorji u miżuri biex jindirizzaw l-atteġġjament kontra ż-żingari li issa huma meħtieġa aktar minn qatt qabel. Qed inkomplu naraw sentiment dejjem jikber kontra r-Rom u żieda fil-livelli ta' vjolenza fiżika diretta lejn ir-Rom, kif ġara dan l-aħħar f'numru ta' Stati Membri tal-UE. Gruppi razzisti, sapporters tal-futbol, neo-nazisti u gruppi tal-lemin estrem huma spiss identifikati bħala l-awturi ta' attakki razzisti kontra r-Rom u l-viċinati tagħhom.

Fid-dawl tal-fatti li jidhru hawn fuq, x'miżuri qed jieħu l-Kunsill biex jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet tar-Rom bħala ċittadini Ewropej? X'passi ttieħdu mill-Kunsill biex jitfa' pressjoni fuq il-gvernijiet sabiex jaġixxu b'mod adegwat kontra kwalunkwe forma ta' vjolenza kontra r-Rom u fir-rispett tal-istat tad-dritt meta r-Rom ikunu fir-rwol ta' vittmi? X'inhu jagħmel il-Kunsill biex jgħin lill-Istati Membri tal-UE fil-proċess tal-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar ir-Rom? X'azzjoni ttieħdet biex ikunu megħluba l-inċidenzi ta' politiki kontra r-Rom bħal dawk tat-tkeċċijiet kontinwi tar-Rom?

Imressqa: 5.10.2011

Mgħoddija: 6.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 27.10.2011