Mistoqsija Parlamentari - O-000252/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000252/2011

Il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000252/2011
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Niccolò Rinaldi, Renate Weber, Gianni Vattimo, Jens Rohde, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Baroness Sarah Ludford, Louis Michel, Andrea Zanoni, Ramon Tremosa i Balcells, Giommaria Uggias, Cecilia Wikström, Marielle De Sarnez
f'isem il-Grupp ALDE

Proċedura : 2011/2897(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000252/2011
Testi mressqa :
O-000252/2011 (B7-0658/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Kummissjoni ħarġet Green Paper, b'segwitu għal talba espliċita tal-Kunsill u kif previst mill-Programm ta' Stokkolma u ripetutament mitlub mill-Parlament, dwar 'It-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka fiż-żona ġudizzjarja Ewropea - Green Paper dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam tad-detenzjoni'. Id-dokument iniedi konsultazzjoni miftuħa għall-partijiet interessati kollha dwar l-azzjonijiet tal-UE dwar it-titjib fil-kundizzjonijiet ta' detenzjoni sabiex jiżgura l-fiduċja reċiproka fil-kooperazzjoni ġudizzjarja. Dan jenfasizza wkoll ir-rabta bejn il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u d-diversi strumenti tal-UE, bħall-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja, u juri b'mod ċar kif l-arrest preventiv, is-sitwazzjoni tat-tfal u l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni huma kwistjonijiet fuq liema l-UE tista' tieħu inizjattiva.  Id-dokument fih anness li juri b'mod ċar is-sitwazzjoni varja u ħafna drabi inkwetanti fl-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' persuni miżmuma f'arrest preventiv, il-livell t'okkupazzjoni u ffullar fil-ħabsijiet, ir-rata tal-popolazzjoni fil-ħabsijiet u r-rata ta' detenzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkundannat ripetutament lill-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, it-tul taż-żmien tal-arrest preventiv u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, fosthom fuq il-bażi tar-rapporti tal-Kumitat tal-Prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa.

X'se jagħmel il-Kunsill fil-livell tal-UE sabiex jiżgura li d-drittijiet fundamentali tal-persuni detenuti fil-ħabsijiet ikunu rrispettati u li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-Istati Membri? X'se jagħmel il-Kunsill rigward l-abbuż tal-arrest preventiv, l-iffullar u r-rati għoljin ta' popolazzjoni fil-ħabsijiet u r-rati ta' detenzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi? Se jeżamina l-impatt tal-liġijiet u l-politiki kriminali dwar il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet, bħar-rikors għal miżuri alternattivi, kriminalizzazzjoni tal-immigranti irregolari, u miżuri speċjali sabiex jiżgura li d-drittijiet fundamentali jkunu rrispettati?  X'se jagħmel il-Kunsill biex jagħti segwitu għall-Green Paper tal-Kummissjoni?

Imressqa: 13.10.2011

Mgħoddija: 14.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 4.11.2011