Mistoqsija Parlamentari - O-000261/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000261/2011

L-internet miftuħ u n-newtralità tan-net fl-Ewropa

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000261/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Malcolm Harbour, Andreas Schwab, Evelyne Gebhardt, Jürgen Creutzmann, Heide Rühle, Adam Bielan, Cornelis de Jong
f'isem il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Proċedura : 2011/2866(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000261/2011
Testi mressqa :
O-000261/2011 (B7-0653/2011)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fid-19 ta’ April 2011 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar in-newtralità tal-Internet (COM(2011)0222). Huwa ċar fil-Komunikazzjoni li ħafna kwistjonijiet huma marbuta mal-ħarsien tal-konsumatur, bħat-trasparenza u l-kwalità tas-servizz, kif ukoll id-dritt li l-konsumatur jaqleb minn operatur għal ieħor. Importanti li wieħed jiftakar fil-bżonn li jinżamm il-ftuħ tal-internet, waqt li jiżgura li jista’ jkompli joffri servizzi ta’ kwalità għolja f’qafas li jippromwovi u jirrispetta d-drittijiet fundamentali bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-libertà ta’ espressjoni u l-libertà li jsir negozju.

Il-Kummissjoni fi ħsiebha tippubblika gwida addizzjonali dwar id-dritt li konsumatur jaqleb minn operatur għal ieħor sabiex ikun jista’ jagħżel il-fornitur li l-aħjar jaqdi l-bżonnijiet u l-preferenzi tiegħu? Jekk iva, il-gwida se tindirizza wkoll il-bżonn li jkun ipprovdut tagħrif ċar u pertinenti li jippermetti li l-konsumaturi jieħdu għażliet infurmati, speċjalment fir-rigward tal-veloċità reali tal-konnessjoni, il-kwalità tas-servizz u l-ġestjoni tat-traffiku, bħall-prattiki ta’ mblukkar u ta’ limitazzjoni tal-veloċità jew prattiki kummerċjali oħra b’effett ekwivalenti b’riferiment partikolari għall-internet mobbli?

Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jużaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva Servizz Universali u jistabbilixxu kwalità minima adegwata tar-rekwiżiti tas-servizz, fejn hemm ir-riskju li s-servizz imur lura, ifixkel jew inaqqas ir-rapidità tat-traffiku fin-netwerks? Barra minn hekk, f’dan il-kuntest il-Kummissjoni qiegħda tissorvelja jekk ‘il-kundizzjonijiet li jillimitaw l-aċċess u/jew l-użu tas-servizzi u l-applikazzjonijiet humiex implimentati’ f’konformità mal-liġi tal-Kumunità mill-Istati Membri, kif meħtieġ mill-qafas legali tat-telekomunikazzjoni?

Imressqa: 14.10.2011

Mgħoddija: 18.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 25.10.2011