Proċedura : 2011/2897(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000284/2011

Testi mressqa :

O-000284/2011 (B7-0663/2011)

Dibattiti :

PV 14/12/2011 - 17
CRE 14/12/2011 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 47kWORD 29k
26 ta' Ottubru 2011
O-000284/2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000284/2011

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Salvatore Iacolino, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Elena Oana Antonescu

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: Il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-UE

 Tweġiba fil-plenarja 

Filwaqt li l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u l-ġestjoni tal-ħabsijiet jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew għandu interess f'din il-kwistjoni għaliex il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa ta' importanza kbira għaż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Parlament ilu għal diversi snin iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu azzjoni dwar kwistjonijiet varji fil-qasam tad-detenzjoni. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Programm ta' Stokkolma, il-Parlament sejjaħ għall-istabbiliment ta' żona ta' ġustizzja kriminali fl-UE, li għandha tiġi  żviluppata permezz ta', inter alia, standards minimi għall-kundizzjonijiet ta' priġunerija u ta' detenzjoni u ġabra komuni ta' drittijiet tal-ħabsin fl-UE. Fl-14 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni ħarġet Green Paper dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam tad-detenzjoni, li tniedi konsultazzjoni miftuħa għall-partijiet interessati kollha dwar miżuri tal-UE għat-titjib fil-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, u biex tiżgura ukoll fiduċja reċiproka fil-kooperazzjoni ġudizzjarja. Il-Green Paper tenfasizza r-relazzjoni bejn il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u l-istrumenti ta' rikonoxximent reċiproku bħall-Mandat ta' Arrest Ewropew u bħall-arrest preventiv. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fiha anness li juri b'mod ċar li s-sitwazzjoni fl-Istati Membri tvarja sew u ħafna drabi hija inkwetanti, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' detenuti preventivi, il-livell ta' okkupazzjoni u ffullar, ir-rata tal-popolazzjoni fil-ħabsijiet u r-rata ta' detenuti minn barra l-pajjiż. 

X'se tagħmel il-Kummissjoni fil-livell tal-UE biex tiżgura t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni fl-Istati Membri?

X'se tagħmel il-Kummissjoni biex tippromwovi standards minimi għall-kundizzjonijiet ta' priġunerija u ta' detenzjoni u ġabra komuni ta' drittijiet tal-ħabsin fl-UE, inklużi regoli xierqa għall-kumpens għall-persuni detenuti jew ikkundannati inġustament?

X'se tagħmel il-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna kemm għall-kostruzzjoni - skont il-pjanijiet tas-sigurtà reġjonali - ta' faċilitajiet ta' detenzjoni ġodda fl-Istati Membri affettwati mill-iffullar fil-ħabsijiet u kemm għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' risistemazzjoni soċjali?

X'se tagħmel il-Kummissjoni biex tippromwovi t-titjib fil-faċilitajiet tal-ħabsijiet fl-Istati Membri, sabiex tgħammarhom teknikament u tkabbarhom, ħalli tagħmilhom jiffunzjonaw b'mod xieraq, bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tad-detenuti waqt li fl-istess ħin tiżgura livell għoli ta' sigurtà?

Il-Kummissjoni se teżamina l-impatt tal-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u se tagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet?

X'se tagħmel il-Kummissjoni bħala segwitu għall-Komunikazzjoni?

Imressqa: 26.10.2011

Mgħoddija: 28.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 4.11.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza