Proċedura : 2011/2901(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000289/2011

Testi mressqa :

O-000289/2011 (B7-0655/2011)

Dibattiti :

PV 16/11/2011 - 13
CRE 16/11/2011 - 13

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 47kWORD 27k
27 ta' Ottubru 2011
O-000289/2011

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000289/2011

lill-Kummissjoni

Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura

Lívia Járóka, Simon Busuttil

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: Abolizzjoni ta' diskriminazzjoni kontra r-Roma

 Tweġiba fil-plenarja 

Minkejja l-Qafas tal-UE dwar l-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma mniedi mill-Kummissjoni u milqugħ mill-Kunsill, u l-ħruġ tal-linji gwida mill-Kummissjoni Ewropea indirizzati lill-Istati Membri għall-formulazzjoni ta’ Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma (NRIS), ir-Roma għadhom iġarrbu diskriminazzjoni fl-UE. 

Hemm ħafna x'jinkiseb rigward in-nondiskriminazzjoni, meta wieħed jikkunsidra l-firxa tal-antiżingariżmu u n-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-regolamenti eżistenti. Il-komunitajiet tar-Roma ta' spiss ikunu segregati fl-inħawi ta' getti u jbatu minn rati estremament baxxi ta' impjieg u aċċess mhux ugwali għas-servizzi tas-saħħa; b'mod partikolari, tfal li huma Roma huma suġġetti għal edukazzjoni ta' kwalita' baxxa fil-forma ta' edukazzjoni segregata u klassijiet għaż-żingari biss, filwaqt li l-edukazzjoni hija waħda mill-iktar għodda b'saħħithom biex jiġi evitat il-faqar.

Il-pajjiżi kollha tal-UE - membri preżenti u futuri tal-Unjoni Europea - iridu jinvolvu ruħhom fi sforzi konġunti biex jgħelbu din l-esklużjoni soċjali storika tal-ikbar minoranza etnika fil-kontinent, u jimpenjaw ruħhom għall-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma.

Tista' l-Kummissjoni tgħin biex tevita trattament diskriminatorju, filwaqt li tiżgura l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE u l-evalwazzjoni tal-istrumenti legali eżistenti?

Tista' l-Kummissjoni tintroduċi kriterji biex jiġu vvalutati l-Pjanijiet ta' Azzjoni Ewropej għar-Roma u tindika kif u fejn il-'mappa tal-kriżijiet' se tkun lesta għall-ippjanar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni?

Kif tista' l-Kummissjoni tiżgura l-iżvilupp ta' sistema kumplessa ta' impjiegi u l-kura soċjali, l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja għal opportunitajiet aħjar fis-suq tax-xogħol u trattament ugwali u opportunitajiet ugwali f'politki ta' impjieg u programmi mmirati għall-inklużjoni soċjali, u kif tista' tiżgura t-titjib fil-parteċipazzjoni tar-Roma fuq livell lokali fl-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-fondi tal-UE?

Imressqa: 27.10.2011

Mgħoddija: 31.10.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 7.11.2011

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza