Mistoqsija Parlamentari - O-000315/2011Mistoqsija Parlamentari
O-000315/2011

Impatt extra-territorjali tal-leġiżlazzjoni ta' pajjiżi terzi u l-liġijiet tal-protezzjoni tad-data fl-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000315/2011
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sophia in 't Veld, Sylvie Goulard, Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Baroness Sarah Ludford, Theodoros Skylakakis, Ramon Tremosa i Balcells, Philippe De Backer, Jens Rohde, Stanimir Ilchev, Giommaria Uggias
f'isem il-Grupp ALDE

Proċedura : 2011/2941(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000315/2011
Testi mressqa :
O-000315/2011 (B7-0025/2012)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Leġiżlazzjoni ta' pajjiżi terzi jista' jkollha impatt extra-territorjali li jaffettwa direttament kumpaniji u ċittadini fit-territorju tal-UE. Leġiżlazzjoni bħal din taf taħbat ma' leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju rigward il-protezzjoni tad-data. Għaldaqstant, l-Att Medicare, FACTA, FISA u l-Att Partijottiku jeżiġu s-sottomissjoni ta' data personali maħżuna fl-Ewropa lill-Istati Uniti:

 

  1. Skont il-Kummissjoni tista' leġiżlazzjoni ta' pajjiżi terzi, bħal dawn l-eżempji tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti, effettivament tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data relevanti fl-UE u d-drittijiet u l-garanziji li din tipprovdi għaċ-ċittadini u n-negozji? Il-Kummissjoni taf b'eżempji oħra ta' leġiżlazzjoni ta' pajjiżi terzi b'impatt extra-territorjali li hija f'kunflitt mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet relatati?

 

  1. Il-Kummissjoni tqis li t-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi, kif mitlub mill-eżempji msemmija hawn fuq tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti, jikkostitwixxi ksur tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE tal-protezzjoni tad-data ?

 

  1. X'azzjoni immedjata se tieħu l-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjonijiet relevanti mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti, u x'se tgħamel il-Kummissjoni biex tipproteġi u tirrappreżenta l-interessi taċ-ċittadini tal-UE u l-kumpaniji bbażati fl-UE?

 

  1. X'azzjoni immedjata se tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li r-regoli tal-protezzjoni tad-data jiġu infurzati b'mod effettiv u li l-leġiżlazzjoni ta' pajjiżi terzi ma tiħux preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE, u b'hekk jiġu annullati d-drittijiet u l-garanziji li tipprovdi?

Imressqa: 30.11.2011

Mgħoddija: 2.12.2011

L-iskadenza għat-tweġiba: 9.12.2011