Mistoqsija Parlamentari - O-000001/2012Mistoqsija Parlamentari
O-000001/2012

  Żbilanċi fil-katina tal-provvista tal-ikel

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000001/2012
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Rolandas Paksas, Juozas Imbrasas
f'isem il-Grupp EFD

Proċedura : 2011/2904(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000001/2012
Testi mressqa :
O-000001/2012 (B7-0021/2012)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Is-suq tal-ikel bħalissa huwa ddominat minn distribuzzjoni fuq skala kbira u l-prezzijiet li l-bdiewa jirċievu fil-katina tal-provvista tal-ikel qegħdin dejjem jonqsu. Waqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni jibqgħu jiżdiedu, il-bdiewa ma jdaħħlux biżżejjed flus għall-produzzjoni tagħhom u s-supermarkets il-kbar jagħmlu qligħ bi spiża tagħhom.

Minħabba l-qabża kbira bejn il-prezz mogħti lill-bdiewa u l-prezz finali mħallas mill-konsumatur, kif ukoll in-nuqqas ta’ trasparenza u l-abbuż fil-katina tal-provvista tal-ikel, m’għadux attraenti biex wieħed jinvolvi ruħu f’attività agrikola u s-sopravivenza tal-bdiewa tinsab f’riskju kbir.

Imressqa: 10.1.2012

Mgħoddija: 12.1.2012

L-iskadenza għat-tweġiba: 19.1.2012