L-aċċess ta' persuni għomja għall-kotba
13.1.2012
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000005/2012
lill-Kunsill
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Erminia Mazzoni
f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet
Sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' aċċess ta' persuni għomja u b'diżabilitajiet li ma jippermettulhomx jaqraw kitba stampata għall-kotba u prodotti stampati oħrajn, l-Unjoni Dinjija tal-Għomja u l-Unjoni Ewropea tal-Għomja pproponew trattat li jorbot internazzjonalment fl-Organizzazzjoni tal-Proprjetà Intellettwali Dinjija (WIPO) biex tiġi stabbilita eċċezzjoni mmirata għad-dritt tal-awtur. Il-Kummissjoni u l-Kunsill, min-naħa l-oħra, qed jipproponu ftehimiet tal-partijiet interessati fl-UE u rakkomandazzjoni volontarja fil-WIPO. Il-komunità Ewropea tal-għomja qed tqis it-tnejn li huma bħala totalment insuffiċjenti.
1. Filwaqt li l-UE tappoġġa t-trattati li jorbtu tal-WIPO għar-raġunijiet l-oħra kollha, il-Kunsill kif biħsiebu jiġġustifika l-proposta li jkun hemm standard aktar baxx ta' protezzjoni legali globali għal persuni b'diżabilità?
2. Il-Kunsill qiegħed iqis li l-azzjonijiet tiegħu fir-rigward tat-trattat tal-WIPO jwieġbu għal kollox ix-xewqat tal-Parlament Ewropew kif espress fir-rapport tiegħu 'Il-ksib tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi", li jitlob għal trattat li jorbot legalment fil-WIPO?
3. Il-Kunsill qiegħed iqis l-oppożizzjoni tagħha għat-trattat tal-WIPO bħala konsistenti mal-istrateġija 2010-2020 tagħha stess għal persuni b'diżabilità li tfittex b'mod speċifiku li tneħħi l-ostakli għall-inklużjoni u toħloq kultura ta' opportunitajiet ugwali?
4. Il-Kunsill qiegħed iqis, f'dan ir-rigward, li l-liġi tal-UE u dik internazzjonali attwali qegħdin f'armonija mal-objettivi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 30 tiegħu, u bl-obbligi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li t-tnejn li huma jiffokaw li jevitaw id-diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilitajiet?
Imressqa: 13.1.2012
Mgħoddija: 16.1.2012
L-iskadenza għat-tweġiba: 6.2.2012